Referenza: 3/2002

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/10/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
FRIGGIERI ANTHONY vs BORG NEVILLE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ATT TAL-KUMMERC, DETERMINAZZJONI TAN-NATURA TA` - TRIBUNAL TAL-KONSUMATUR, DETTALL MEHTIEG FL-GHOTI TAL-MOTIVAZZJONIJIET TAD-DECIZJONIJIET TA`
Fil-Qosor
L-arbitru fit-Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumatur "ma ghandux joqghod jaghti motivi imtawwlin dwarkif ikun wasal ghad-decizjonijiet tieghu, izda jkun bizzejjed li jelenka d-dettalji ewlenin li jkunsejjes id-decizjoni tieghu fuqhom".

Minn dan huwa desumibbli illi l-legislatur ma riedx ikopri lit-Tribunal b'dik is-sagramentalita` li l-Kodici ta' Organizazzjoni u Procedura Civili jirrizervaghal kazijiet partikolari, u li ghalihom japplikaw id-disposizzjonijiet ta' dan il-Kodici. Ghalhekk mhux motiv ta' nullita` tas-sentenza il-fatt li dik is-sentenza ma jkunx fiha l-motivazzjonijiet li ddeterminaw id-decizjoni tat-Tribunal kif hemm preskritt fl-Artikolu 218 tal-Kap 12.

Mhix il-kundizzjoni tal-persuna li ghandha tiddetermina jekk att huwiex ta' natura civili jew kummercjali,imma n-natura stess ta' l-att; b'mod li jista' jkun kummercjali avvolja mhux maghmul minn kummercjant, kif jista' jkun civili avvolja maghmul minn kummercjant.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni