Referenza: 190/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/10/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
BROWNRIGG GEMMA ET vs CAMILLERI NATASHA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, KUNCETT TA` MEMBRU TAL-FAMILJA - LOKAZZJONI, KUNCETT TA` RESIDENZA ORDINARJA - LOKAZZJONI, MEMBRI TAL-FAMILJA LI KIENU JGHIXU MAL-INKWILIN FIZ-ZMIEN TAL-MEWT TIEGHU - LOKAZZJONI, META L-INKWILIN JAGHMEL ZMIEN KONSIDEREVOLI F`DAR TA` L-ANZJANI QABEL MEWTU - LOKAZZJONI, REGISTRU ELETTORALI BHALA PROVA TA` RESIDENZA
Fil-Qosor
Mill-ezami tad-definizzjoni tal-kelma "kerrej" taht il-Kap. 69 jidher illi l-ligi tirrikjedi zewg rekwiziti konkorrenti cjoe li wiehed ikun membru tal-familja tal-inkwilin u li jkun jabita mieghu metajmut. "Minn dan jirrizulta illi ghall-iskop ta' dik id-definizzjoni l-kelma "familja" ma tistax tigi estiza fis-sens li tikkomprendi kwalunke persuna li tkun tabita mal-inkwilin 'loco parentis'; ghaliex kieku kien hekk, l-ligi kienet tieqaf fl-element tal-ko-abitazzjoni biss, u mhux tesigi r-relazzjoni familjari.

"Familja" ghalhekk ghandha tikkomprendi "dawk kollha kongunti permezz tad-demm u dixxendenti wahda mill-ohra jew minn stipiti komuni".

In generali l-kliem residenza ordinarja jiddenota residenza f'post b'certu grad ta' kontinwita` u apparti assenzi accidentali jew temporanji. Id-durata mhiex kriterju esklussiv u necessarjament determinanti. Hu pero` kriterju tajjebdak li jirrigwarda l-mod kif bniedem ugwalment jorganizza hajtu.

Hawnhekk gie ritenut li dinma kienetx residenza kazwali jew saltwarja, jew ghal semplici kumdita` ahjar, jew ta' semplici pjacir, jew ispirata minn dik il-htiega ta' kambjament ta' ambjent. Kienet ir-residenza ordinarja tal-konvenuta, anke jekk ghal bzonn mhux l-unika residenza, imma dejjem haga mposta minn necessita`.

Hu minnu li r-registrazzjoni ta' certi atti bhal vot u Identity Card ma jfissrux ghalhekk biss illi fir-realta` persuna tkun qed tghix f'certu post. Kif ravvizat anke f'dan il-kuntest ta' residenza "ir-Registru Elettorali jikkostitwixxi biss prova li trid tigi verifikata, li tista' tkun korroborattiva, u mhux necessarjament u dejjem tkun konklussiva.

Membru tal-familja tal-inkwilin huwantitolat ikompli l-lokazzjoni tal-fond mikri anke jekk fid-data tal-mewt tal-inkwilin huwa kien joqghod fil-post wahdu ghax l-inkwilin kien jabita band'ohra.

Spiss jigri illi fost nies ta' certa eta`; ghal ragunijiet ta' sahha jew ragunijiet ohra, dawn jirrikoveraw ruhhom f'istitut jew sptarjew ma' membri ohra tal-familja izda fl-istess waqt ikomplu jzommu darhom.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni