Referenza: 1152/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/09/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
ABELA NAZZARENO vs KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DROGA, AZZJONI GHAR-RILAXX TA` PROPRJETA` KONFISKATA - DROGA, KONFISKA TA` PROPRJETA`
Fil-Qosor
F'azzjoni mahsuba taht l-Ordinanza dwar il-Medicini Perikoluzi, li taht id-dispozizzjonijiet tal-artikolu 22C(1) taghha jista' jintalab li hwejjeg persuna misjuba hatja ta' reat kontra l-Ordinanza, majibqghux izjed hekk milquta bil-konfiska maghmula, jekk din turi li dawk il-hwejjeg ma jkunux profitt jew dhul minn ghamil ta' reat jew ma jkunux miksuba, direttament jew indirettament, permezz ta' xi profitt jew dhul bhal dak;

Il-procedura specjali mahsuba fl-artikolu taht ezami hija wahdali taghmel eccezzjoni, fis-sens li tapplika meta persuna tkun instabet hatja ta' reat kontra l-Ordinanza minn Qorti kompetenti, u ghalhekk, ladarba tmur kontra x-xejra tad-dispozizzjonijiet generali tal-istess ligi dwar il-konfiska tal-gid ta' persuna li tikser l-Ordinanza, u sakemm jigu mharsin il-jeddijiet sostantivi tal-partijiet interessati, ghandha tinghata tifsira f'termini stretti u mhux usa' minn dak li ried il-legislatur. Ta' min jghid ukoll li tali procedura tapplika ghal ordni maghmul taht l-artikolu 22(3A)(d) biss. Din id-dispozizzjoni tal-ligi titkellem dwar konfiska ta' flejjes u gid, mobbli u kif ukoll immobbli, tal-persuna misjuba hatja, kemm jekk jinsabu f'Malta kemm jekkbarra minn Malta, ukoll jekk sal-waqt tas-sejbien tal-htija, tali gid immobbli jkun ghadda f'idejnterza persuna;

Din il-procedura, li ddahhlet fis-sistema taghna fl-1986, hija miftuha kemm ghall-persuna misjuba hatja u kif ukoll ghat-terza persuna li f'idejha l-immobbli jkun ghadda, u tridtinbeda mhux izjed tard minn tliet xhur minn meta s-sentenza li tkun ordnat il-konfiska ssir gudikat. Jekk wara smigh sommarju kif preskritt fl-imsemmi artikolu il-Qorti tasal ghall-fehma li t-talbatar-rikorrent ghandha tintlaqa' kollha jew f'xi parti minnha, il-gid li jkun milqut b'dik id-decizjoni ma jibqax izjed konfiskat u jintradd lura lir-rikorrent bis-sahha tad-decizjoni nnifisha meta din issir gudikat, u dik id-decizjoni favorevoli titqies bhala trasferiment tat-titolu ta' dak il-gidlura mill-Gvern ghal ghand ir-rikorrent;

Ghalkemm il-ligi tghid li l-konfiska ssehh favur il-Gvern ta' Malta, u skond ma johrog mill-artikolu 22(7) tal-istess Ordinanza, l-ordni tal-konfiska ghandha s-sahha ta' sentenza, il-ligi tghid li l-legittimu kontradittur fi procedura bhal din huwa l-Kummissarju tal-Pulizija, li fuqu huwa mitfugh id-dmir li jressaq it-twegiba fi zmien hmistax-il jummin-notifika lilu;

Huwa evidenti wkoll li jaqa' fuq il-persuna li titlob it-tnehhija tal-ordni tal-konfiska li tressaq il-provi taghha fi grad bizzejjed biex titwemmen li l-gid li trid li jinheles mill-konfiska ma kienx miksub minn flejjes jew qligh marbutin minn profitt jew dhul min ghamilta' reat. Ladarba l-procediment gie mahsub mil-legislatur li jinstama' minn Qorti ta' kompetenza civili u ladarba l-ligi nnifisha tghid li dwar kull procediment bhal dan japplikaw id-dispozizzjonijiet tal-Kodici tal-Organizzazzjoni u Procedura Civili huwa naturali ghalhekk li wiehed jistenna li l-grad ta' prova mressqa jkun wiehed li joqghod ghall-procedimenti ta' natura civili u mhux dak rigoruz tal-procediment penali;

Din il-kawza kienet tittratta specifikament dwar eccezzjoni fis-sens li l-proceduri kienu nulli peress illi ma giex osservat l-artikolu 22C(4) tal-Kap 101 li jipprovdi li t-tqeghid tar-rikors ghas-smiegh kellu jsir fi zmien mhux aktar tard minn tletin gurnata mid-data tal-prezentata tar-rikors.

Tezisti gurisprudenza fejn l-eccezzjoni ntlaqghet u l-procediment twaqqaf sewwasew ghaliex ma kinux gew imharsin it-termini ta' zmien imsemmijin fil-ligi;

Il-Qorti irriteniet li ma kienetx tkun qeghda taghmel haqq u tamministra kif imiss il-gustizzja kiekulaqghet l-eccezzjoni.

L-ewwel raguni u dak li ghal din il-Qorti hija l-izjed raguni misthoqqa tikkonsisti fil-fatt li, safejn kien jiddependi mir-rikorrent, huwa mexxa fiz-zmien li kienet taghtih il-ligi u bil-procedura li messha ntuzat. Is-sanzjoni li qieghed jitlob l-intimat bl-ewwel eccezzjoni tieghu titfa' fuq ir-rikorrent responsabbilta' li m'ghandux u li ma kienx f'qaghda li jikkontrolla. Teknikament, l-eccezzjoni biex jitwaqqaf is-smigh hija immirata lejn il-fatt li l-Qorti, minhabba ezigenzi tat-tmexxija tal-kawzi li kellha tisma' u kif ukoll biex tiehu hsieb li thares it-terminu taz-zmien moghti mil-ligi biex l-intimat iressaq it-Twegiba tieghu, naqset li tqieghed l-ewwelsmigh tar-Rikors promotur saz-zmien tat-tletin jum imsemmi fis-sub-artikolu (4). Ta' dan kollu r-rikorrent ma kien jahti xejn u l-Qorti ma setghetx fil-kuxjenza taghha taccetta li r-rikorrent ghandujigi mcahhad, minhabba xi haga li m'ghamilx u ma seta' qatt jiddetermina, minn jedd moghti lilu mil-ligi nnifisha u dan taht il-massima in omnibus maxime in jure aequitas spectanda est.

Fit-tieni lok, l-ligi li fuqha hija msejsa l-eccezzjoni prezenti mkien ma tghid li procedura li ma tharisx ghal xi raguni t-termini ta' zmien imsemmijin fiha tigi ma tiswiex. Lanqas ma tghid li l-konfiskatal-gid tar-rikorrent - li tkun sehhet favur il-Gvern meta s-sentenza li tkun ordnatha tkun saretfinali u konkluziva - issir irriversibbli jekk ma jitharisx dak it-terminu. Dik id-dispozizzjoni trid titqies fid-dawl tad-dispozizzjonijiet kollha ta' dik il-ligi specjali, u dawk id-dispozizzjonijiet ma jaghmlux in-nuqqas ta' harsien strett tal-imsemmi terminu wiehed li jinvalida procedura mibdija kif imiss fiz-zmien utli;

Billi r-rikorrent huwa moghti mil-ligi nnifisha l-jedd li jressaq il-procedura prezenti jigi li tnissel fih id-dritt li jinsisti ghad-definizzjoni ta' dak il-jedd ughal smigh xieraq dwaru. Taht il-massima qui suo jure utitur neminem laedere videtur, ma jistax jinghad li l-intimat qieghed igarrab xi hsara jew pregudizzju fl-interess tutelabbli tieghu bil-mixi 'l quddiem tas-smigh ta' dan ir-Rikors;




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni