Reference: 1196/1980/1

Judgement Details


Date
15/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CUSCHIERI NOEL
Parties
BARBARA PERIT ARKITETT JOSEPH ET vs SEGRETARJU TAL-WAR DAMAGE COMM.
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, GHAMLIET TA` DANNI RIZARCIBBLI - DRITT LITIGJUZ, CESSJONI TA` - DRITT LITIGJUZ, CESSJONI TA` - HLAS TAL-PREZZ TAC-CESSJONI - PRESKRIZZJONI, AZZJONI GHALL-HLAS TA` AMMONTI DOVUTI MILL-WAR DAMAGE COMMISSON - PRESKRIZZJONI, INTERRUZZJONI TA` - PRESKRIZZJONI, LIEMA ATTI JAMMONTAW GHAL RINUNZJA JEW INTERRUZZJONI TAL-PRESKRIZZJONI - PRESKRIZZJONI, RINUNZJA GHAL - PRESKRIZZJONI, TISTA TIGI INTERROTTA B`OFFERTI LI JSIRU IN LINEA TA` TRANSAZZJONI - PRESKRIZZJONI, TLIET GHAMLIET TA` AZZJONI GHAD-DANNI GHALL-FINIJIET TA`
Summary
Ghall-fini tad-determinazzjoni ta' liema perijodu preskrittiv huwa applikabbli, wiehed ghandu jhareslejn in-natura ta' l-azzjoni esperita.

Il-ligi u l-gurisprudenza jiddistingwu tlett xorta ta' danni, jigifieri dawk derivanti minn delitt veru u proprju [fejn il-preskrizzjoni hija dik ta' l-azzjoni kriminali], dawk derivanti minn htija akwiljana [fejn il-preskrizzjoni hija dik ta' sentejn]u dawk derivanti minn inadempjenza kontrattwali [fejn il-preskrizzjoni hija dik ta' hames snin];

Il-preskrizzjoni ta' l-azzjoni ghall-hlas ta' hsarat mhux ikkagunati b' reat tapplika biss ghad-danni akwiljana, naxxenti minn kawzi li, penalment mhumiex reati, imma jkunu delitti civili jew kwazi delitti.

Fl-kaz in disamina l-atturi ppremettew li huma kienu ghamlu 'claims' mal-War Damage Commission fuq il-fondi indikati fl-att tac-citazzjoni, izda l-ammont ta' kumpens akkordat lilhommill-Kummissjoni ghar-rikostruzzjoni tal-istess irrizulta li kien inadegwat ghar-rikostruzzjoni intiera. Ghaldaqstant huma talbu li l-ammont fissat mill-Kummissjoni kellu jigi rivedut.

Il-Qortiikkonkludiet li ma setax jigi ritenut li l-azzjoni tal-atturi kienet azzjoni ghad-danni rizultantiminn delitt civili jew kwazi delitt kontemplati fl-Artikoli 1029 et seq tal-Kodici Civili; imma kienet azzjoni bazata fuq inadempjenza shiha ta' obbligu legali da parti tal-Kummissjoni fil-konfront tal-atturi.

Il-kumpens dovut that l-Ordinanza huwa pagament derivanti minn obbligu legali fuq il-Kummissjoni, li kien jissarraf fi dritt ghal min kien intitolat ghalih.

Ghalhekk mhix applikabbli l-preskrizzjoni ta' sentejn taht l-Artikolu 2153 tal-Kodici Civili. Izda l-istess ma jistax jinghad ghall-preskrizzjoni indikata fl-Artikolu 2156 (f) tal-Kap.16 li jikkontempla terminu preskrittiv ta' hames snin f' kaz ta' "azzjonijiet ghall-hlas ta' kull kreditu iehor li gej minn operazzjonijiet kummercjali jew minn hwejjeg ohra, meta l-kreditu ma jkunx jaqa', skond din il-ligi jew ligijiet ohra, that preskrizzjoni aqsar, jew ma jkunx jirrizulta minn att pubbliku".

L-Artikolu 2133tal-Kap.16 jddisponi li "Il-preskrizzjoni tinkiser jekk id-debitur jew il-pussessur jaghraf il-jeddtal-parti li kontra taghha dik il-preskrizzjoni kienet bdiet miexja".

L-artikolu 2134 tal-istess Kap jiddisponi li "Il-preskrizzjoni tinkiser ukoll bi hlas akkont tad-dejn maghmul mid-debiturinnifsu jew minn wiehed li jkun jidher ghalih".

In kwantu ghar-rinunzja tal-preskrizzjoni gia kompita, gie osservat li min jaccetta li jhallas parti minn somma reklamata kontra tieghu, wara li jkun ghadda z-zmien tal-preskrizzjoni favur tieghu, jigi li rrinunzja ghall-preskrizzjoni ga akkwstata.

Trattattivi bi skop ta' transazzjoni jinterrompu l-preskrizzjoni u jghatu fondament ghar-rinuzja interruttiva tacita tal-istess ghaliex meta d-debitur jippresta ruhu ghat-trattativi jirrikonoxxi s-sussistenza tal-pretensjonijiet.

Biex l-attijiet tad-debitur jigu nterpretati bhalarikonoxximent, jehtieg li jkunu univoci. Semplici kollokwji bejn kreditur u debitur ma jammontawx ghal rikonoxximent tad-dejn.

Ir-rikonoxximent, da parti tad-debitur, li jinterrompi l-preskirzzjoni jrid jirrizulta minn provi cari u univoci u li manifestament ikunu "inkompatibbli mal-volonta'tal-preskriventi li jikkontesta l-ezistenza u l-ezercizju tad-dritt".

In tema legali jigi osservat li l-ligi tistipula li "Tista' ssir rinunzja ghall-preskrizzjoni gia akkwistata" [Art.2108(2)] u fl-Artikolu sussegwenti tghid hekk: "(1) Ir-rinunzja ghall-preskrizzjoni tista' tkun espressa jew tacita; (2) Ir-rinunzja tacita tigi minn fatt li jissoponi l-abbandun tal-jedd akkwistat".

Ir-rinunzja lecita ghad-dekorriment tal-perijodu preskrittiv estintiv ta' l-azzjoni trid tirrizultaminn fatt li jippresupponi l-abbandun tad-dritt akkwistat. Il-volonta` tacita ghandha tkun certa daqs dik espressa, u ghalhekk ir-rinunzja trid tkun tali li ma thalli ebda dubju dwar l-intenzjoni li jigi abbandunat id-dritt akkwistat permezz tal-preskrizzjoni.

Fi kliem iehor ir-rinunzja ghall-preskrizzjoni trid tikun rizultat ta' attijiet jew fatti li ma jistghux jfissru jew jittiehdu b' haga ohra hlief bhala rinunzja jew ammissjoni. Fil-kaz ta' dubbju l-apprezzament ghandu jwassal ghall-konvinciment kontra r-rinunzja u mhux favur.

Skond id-defenizzjoni moghtija fl-Artikolu 1483tal-Kap.16 fis-sub inciz 2 "Il-jedd jitqies litigjuz meta jkun hemm kawza kkontestata fuq jekk hemmxdak il-jedd jew meta l-kreditu ma jkunx likwidu u jkun difficli li jigi likwidat" u fis-sub inciz 1, il-ligi tistipula li "Dak li kontra tieghu jkun gie cedut jedd litigjuz, jista' jehles mic-cessjonarju billi jaghtih lura l-prezz veru tac-cessjoni bl-ispejjez u bl-imghaxijiet meqjusa minn dak in-nhar li c-cessjonarju jkun hallas il-prezz tac-cessjoni."

Dan l-Artikolu jghati l-fakolta' ["jista'"] lid-debitur li jehles mid-debitu tieghu bil-procedura hemm kontemplata, izda gia la darba d-debitur ghazel it-triq tal-pagament, dik l-opzjoni ma tibqax miftuha ghalih, ghax tacitament izda univokament, huwa meqjus li jkun irrinunzja ghaliha - dan fuq ghazla tieghu stess.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info