Reference: 1961/2000/1

Judgement Details


Date
15/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CUSCHIERI NOEL
Parties
ZAMMIT SILVANA MART ALFRED vs MEILAK ANTOINETTE MART PAUL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SUCCESSJONI, IT-TESTATUR GHANDU D-DRITT JIDDISPONI MILL-PARTI DISPONIBBLI KIF JIDHIRLU - SUCCESSJONI, LEGITTIMA - IMPOSIZZJONI TA` PIZ JEW KONDIZZJONI FUQ - SUCCESSJONI, LEGITTIMA - KIF TIGI KALKOLATA - SUCCESSJONI, LEGITTIMA - KOMPUTAZZJONI TA` - SUCCESSJONI, LEGITTIMA - NATURA TA`
Summary
Il-legittima hija dik il-parti tal-proprjeta' tad-decujus li l-ligi tirriserva lill uliedu u lil dawk kollha parentati mieghu li ghandhom dritt ghaliha skond il-ligi. Il-legittima kunsidrata bhala forma ta' successjoni intestata, tiddevolvi ex lege; u tikkostitwixxi limitazzjoni ghad-dritt assolut,appartenenti lid-decujus, qua propretarju tal-beni tieghu, li jiddisponi mill-proprjeta' tieghu "in the most absolute manner."

Illi salv din il-limitazzjoni legali, id-decujus ghandu l-fakolta' li jiddisponi mill-beni tieghu kif jidhrilu. "Il-ligi tirrikonoxxi li d-decujus ghandu l-fakolta' li jiddisponi [mill-proprjeta' tieghu] b' mod pur u semplici bla ma timponilu ebda determinazzjonita' l-ispeci tal-beni li minnhom jiddisponi". Minn dan isegwi li jekk t-testatur ma jeccedix dikil-porzjoni tal-assi riservata ghall-legtimarji, huwa jista' 'iddisponi mill-beni tieghu kif irid hu.

Illi, ghalkemm ghall-fini tal-komputazzjoni tal-quantum tal-parti riservata ghall-legittimarji, il-ligi tiddisponi li din ghandha ssir fuq l-assi ereditarju kollhu, wara li jitnaqqas il-passiv inkluzi l-ispejjez tal-funeral, dan ma jghatix lill-legittimarji d-dritt li jezigu, jew l-obbliguli jiehdu, sehem minn kull oggett li jikkostitwixxu l-beni tad-decujus. Il-limitazzjoni imposta mill-ligi tirrigwarda biss l-ammont tal-parti riservata u li mhix disponibbli mit-testatur; izda stabbilit l-ammont ta' din il-porzjoni, it-testatur, qua propretarju tal-beni tieghi, dejjem ghandu d-dritt li jiddisponi mill-beni tieghu kif irid minghajr limitazzjoni ulterjuri, salv dak li hemm kontemplat fl-Artikolu 620 (1) tal-kap.16.

Mill-premess isegwi li t-testatur ghandu d-dritt jiddisponi mill-parti disponibbli kif jidhrilu; u li anke ghal dik il-parti riservata lill-legitimarji huwa ghandu d-dritt jhalli "una determinata specie di beni anzicche' una quota di tutti I singoli suibeni" determinata. Konsegwentement huwa ghandu l-fakolta' li jghati b' titolu ta' legat il-beni tieghu kollha, purche' il-valur taghhom ma jeccedix il-valur tal-kwota riservata, liema parti tista' tikkonsisti kemm f' beni mobli u immobli, jew f' mobbli biss jew vice versa. Ghax il-ligi, filwaqtli tiddisponi li l-legittima hija sehem mill-proprjeta' tad-decujus, ma tillimitax fis-sens li ma tiddeterminax l-ispecie tal-beni li ghandhom jifformaw din il-porzjon; u allura, d-decujus, li ghandu d-dritt jaghmel li jrid bil-kwota disponibbli, ma hux obbligat ihalli lill-legittimarji determinata speci ta' beni jew korpi, b' mod li t-testatur seta' bigh kull ma kellu, mobili (inkluzi titoli)u/immobbli, u jhalli biss fil-patrimonju flus kontanti. "Del resto il-legittima hija kwota ta' beniu mhux speci determinata ta' beni; b' mod li jekk id-decujus ma jkunx iddispona minn dik il-kwota,huwa jkun gie li osserva l-ligi u ma jistax jigi attakkat it-testment tieghu"

Illi isegwi ghalhekk li la darba t-testatur huwa liberu li jrrizerva "una determinata specie tal-beni tieghu" huwaghandu l-fakolta' li jhalli proprjeta' specifika in sodisfazzjoni tal-legittima, jew akkont tal-istess legittima. Konformament ma' dan, il-ligi fl-Artikolu 620 (3) tiddisponi li dik il-proprjeta' lil-legittimarju jkun irceva minghand it-testatur matul hajtu u li tkun soggetta ghall-kollazzjoni, ghandha tigi meqjusa bhala li inghatat akkont tal-legittima u "shall impute to it all such things".

Illi principju iehor bazat fuq id-dritt tal-proprjeta' tat-testatur huwa li l-legati mhollijamit-testatur ghandhom jigu rispettati, stante li dawn jirrapprezentaw il-volonta' tieghu li, bhalaproprjetarju ghandu d-dritt jiddisponi mill-proprjeta' kif irid. Il-legati jittiehdu biss in konsiderazzjoni fil-valutazzjoni tal-assi ereditarju ghall-finijiet tal-komputazzjoni tal-legittima; izdagia la darba, il-porzjoni riservata ma titmiss fil-kwantum taghha, u ghalhekk jkun jibqa' proprjeta' sufficjenti biex tithallas il-legittima, il-legati ma jistghux jigu minsusin. Jekk imbaghad it-testatur ikun ecceda l-parti indisponibbli fis-sens li din ma tkun bizzejjed biex tissodisfa l-legittima, allura f' dan kaz il-legati jigu ridotti sa kemm ikun necessarju biex tigi re-integrata il-porzjoni riservata lill-legittimarji ex lege.

Izda ghajr li t-testatur ghandu d-dirtt jiddeterminal-ispecie tal-proprjeta' li huwa jirid jhalli in sodisfazzjoni tal-legittima, il-ligi timponi limitazzjoni, ulterjuri ghal dik tal-ammont, u cioe' li legittima hija dovuta' in piena proprjeta' u t-testatur ma jistax jimponi fuq dik il-kwota' pizijet u kondizzjonijet.. "Il-legittima hija dovuta fiproprjeta' assoluta - in piena proprjeta', u t-testatur, peress li hija porzjoni ndispensabbli, ma jistax jimponi fuqha l-ebda piz jew l-ebda kondizzjoni." F' dan ir-rigward huwa opportun li jigi rilevat li din id-disposizzjoni tal-Artikolu 620 (1) ma tillimitax id-dritt tal-testatur li jghazel huliema parti mill-beni tieghu ghandha tigi riservata ghall-legittimarji, izda tfisser li t-testatur ma jistax jimponi hu piz jew kondizzjoni fuq il-proprjeta' ut sic li ser tigi assenjata bhala legittima.

Illi minn dan isegwi li, hekk kif huwa ghandu d-dritt jghazel il-porpjeta' partikolaridestinata ghall-legittimarji, ghandu jkollu d-dritt li jiddisponi minn liema parti tal-proprjeta' ghandha tigi sodisfatta l-legittima f' kaz li l-legittima tigi rekalmata. B'dan il-mod it-testatur mhux qed jimponi la piz u lanqas kondizzjoni fuq il-proprjeta' destinata ghall-legittimajri. Ma hemm ebda tnaqqis fil-valur tal-proprjeta' mhollija jew menomazzjoni tad-dritt tal-legittima.

Meta t-testatur jindika determinata speci tal-beni ereditarji minn fejn ghandha tigi sodisfatta l-legittima kemm il-darba din tigi reklamata, b' daqshekk ma jxekkilx l-esercizju tad-dritt tal-legittima, imma jesercita dritt li huwa tieghu bhala testatur proprjetarju tal-beni, kif rikonoxxut mill-ligi u mill-insenjament gurisprudenzjali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info