Referenza: 856/1995/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/10/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CUSCHIERI NOEL
Partijiet
AZZOPARDI AVUKAT DR TONIO vs CINI OLAF A
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI, INGURJA - INGURJA, AZZJONI CIVILI GHAD-DANNI
Fil-Qosor
L-azzjoni odjerna ma kienetx bazata fuq id-disposizzjonijiet tal-Att Dwar l-Istampali jiddixxiplinal-kuncett ta' maltafama kommess permezz ta' pubblikazzjoni, kitba jew xandir, izda l-attur kien qedjibbaza t-talbiet tieghu fuq il-principji generali li jirregolaw il-kuncett tad-danni kontemplati fl-Artikoli 1029 sa 1051tal-Kodici Civili, that l-intestatura "Of Torts and Quasi Torts".

Sabiex tirnexxi din l-azzjoni, huwa mehtieg li dana jipprova l-esistenza tas-segwenti fatturi: (1) Il-fatt illegali dannus; (2) Illi rizultat ta' dan il-fatt huwa sofra danni materjali konsegwenzjali;u (3) Il-prova dwar il-misura tad-danni.

Skond il-principji generali tad-danni, l-ewwel fattur li jirid jirrikorri sabiex tissussiti l-azzjoni huwa l-event illegali dannus li f' dan il-kaz jikkonsisti fl-allegazzjoni inveritiera maghmula f' post pubbliku fil-prezenza ta' gurnalisti. Dan l-element jissussisti fil-forma ta' ingurja gravi.

It-tieni element rikjest mill-ligi huwa l-prova tad-danni materjali konsegwenzjali, u cioe' li rizultat ta' dak l-att illegali, l-attur sofradanni materjali fit-termini tal-Artikolu 1045 (1) tal-Kap16. Illi in propositu ghandu relevanza qawwija id-dispost ta' dan l-artikolu tal-ligi, li jiddefenixxi n-natura tad-danni rekalmabbli that l-artikoli in disamina. Minn din id-disposizzjoni kif ukoll mill-insenjament gurisprudenzjali, johrogcar li d-danni li jistghu jigu reklamati that dan ir-regim legali huma dawk komunament maghrufa bhala damum emergens - u cioe' t-telf attwali ta' parti mill-patrimonju tad-danneggjat, u bhala lucrum cessans - u cioe' it-telf ta' qligh li d-danneggjat ser isofri fil-futur, b' kaz ta' disabilita' permanenti, rizultat tad-dannu lilu kaggjonat. Il-ligi taghna ma tikkontemplax danni morali, u cioe' danni ghall-ugigh jew dwejjaq jew inkonvenjenza li d-danneggajt jsofri rizultat tal-event dannus.

F' materja ta' danni emergenti ftit hemm lok ghal diskrezzjoni arbitrio boni, stante li dawn id-danni minn natura taghhom ghandhom jirrizultaw b' mod konkret u car mill-provi mressqa mill-attur lighandu l-oneru tal-prova b' applikazzjoni tal-principju fundamentali f' materja ta' prova li min jallega ghandu jipprova: onus probandi incumbit ei quid dicit non ei qui negat u quod gratis asseriturgratis negatur.

Huwa d-dover tal-Qorti li thares kemm l-interessi tad-danneggjat kif ukoll dawk tad-danneggjant u tasal ghall-ammont li jirrapprezenta bilanc ekwu u gust bejn iz-zewg interessi; izda, l-ammont ghandhu dejjem ikun bazat fuq provi konkreti u cari li juru b' mod dettaljat u sodisfacenti d-damnum emergens konsistenti telf finanzjarju attwalment soffert mid-danneggjat rizultattal-agir illegali tad-danneggjant li minn naha tieghu ghandu d-dritt jkun jaf fuq liema kriterji finanzjarji hija bazata s-somma li ser ikun obbligat jhallas

F' dan il-kaz, l-attur naqas li jgib provi sodisfacenti li juru li huwa sofra danni skond il-ligi, u in manakanza ta' tali prova, t-talbiet tieghu bazati fuq risarciment tad-danni gew michuda - actore non probante reus absolvitur.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni