Reference: 22/1999/1

Judgement Details


Date
10/10/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
CAMILLERI GINO
Parties
MERCIECA MARIELLA ET vs RAPINETT PAWLU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KERA - SULLOKAZZJONI
Summary
Hu ormai pacifiku li Qorti ta' revizjoni ma tiddisturbax l-apprezzament tal-provi u ta' fatt li tkunghamlet l-Ewwel Qorti. Tali apprezzament isir mill-gdid biss jekk jirrizultaw ragunijiet validi u gravi. Fil-kaz in esami ma jirrizultawx tali ragunijiet.

Din il-kawza hi dwar il-kirjata' hanut li jinsab fiz-Zejtun u liema hanut jgib l-isem ta' “Engros”. Ir-rikorrenti huma s-sidienfilwaqt li l-intimati huma l-inkwilini. Il-kirja hi regolata bi skrittura fejn il-partijiet, fost affarijiet ohra, fthemu li l-kerrej ma jkunx jista' jissulloka jew icedi il-kirja tal-hanut jew partiminn tal-hanut, lil haddiehor minghajr l-awtorizzazzjoni bil-miktub tas-sid. Il-Bord li Jirregola l-Kera kkonkluda li kien hemm sullokazzjoni da parti tal-inkwilini intimati lis-socjeta' Engros Limited. Fost affarijiet ohra l-imsemmi Bord ikkonsidra li l-indirizz registrat tal-imsemmija socjeta' kien fl-indirizz tal-fond in kwestjoni u dan inbidel wara li l-intimati gew notifikati bir-rikors presenti.

In effetti ma saret ebda assunzjoni gratwita da parti tal-Bord li Jirregola l-Kera metantqal li s-socjeta` Engros Limited kienet thallas kera lill-intimati u dana f'rata oghla minn dik li l-istess intimati kienu jhallsu lir-rikorrenti. Difatti jirrizulta, mill-kotba tan-negozju u mir-rapporti li gew prodotti, li l-imsemmija socjeta' kienet qed thallas ammont akbar minn l-ammont tal-kera li kienet dovuta lir-rikorrenti. Ma saret ebda prova da parti tal-intimati li l-kera li hemm indikata fil-kotba taghha li kienet qed tithallas mill-imsemmija socjeta' ma kinitx tirrigwarda biss il-hanut in kwestjoni. Ma hemmx dubju li, semmai, tali prova kella ssir mill-intimati. Ghalhekk sewwakkonkluda l-Bord li kien hemm sullokazzjoni.

Il-Bord analizza ukoll id-deposizzjoni tal-intimata Giovanna Rapinett u wasal ghall-konkluzjonijiet tieghu a bazi ta' dak li qalet l-istess xhud, abazi tal-komporatment taghha, kif ukoll a bazi tar-risultanzi. Ma jirrizulta xejn li jista' jgieghelli jitbiddlu dawn il-konkluzjonijiet. Il-fatt li l-intimati helsu xhud mis-sigriet professjonali tieghu ma jbiddel xejn f'dan ir-rigward.

Lanqas ma tirrizulta ebda accettazzjoni jew akkwixxenza minn naha tar-rikorrenti ghar-rigward tal-istat ta' fatt prevalenti. Bl-ebda mod ma rrizulta li r-rikorrenti kienu jafu li kienet giet registrata s-socjeta' kummercjali in kwestjoni. Il-fatt li l-informazzjoni dwar it-twaqqif ta' kumpaniji hija informazzjoni pubblika ma jfissirx li r-rikorrenti kienu jafu bit-twaqqif u registrazzjoni tal-imsemmija socjeta'. Lanqas ma gie pruvat li r-rikorrenti kienu jafu li din is-socjeta' kienet qed tmexxi n-negozju gestit fil-hanut in kwestjoni. Ma hemm ebda obbligu fuq is-sid ta' hanut li jghamel verifiki mal-awtorita' kompetenti sabiex jara jekk gietx irregistrata xi kumpanija li tista' tkun b'xi mod konnessa mal-fond tieghu mikri lil terzi.


In vista ta' dan kollu, din l-Onorabbli Qorti tal-Appell tirrespingi t-talbiet kollha tal-intimati appellanti u b'hekk l-appell qed jigi michud u s-sentenza appellata qed tigi konfermata in toto.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info