Referenza: 146/1995/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/10/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI GINO
Partijiet
BRINCAT INES vs DEBONO MARIO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
IL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA - ZGUMBRAMENT
Fil-Qosor
F'dawn il-proceduri r-rikorrenti Ines Debono qed titlob li tigi awtorizzata tirriprendi l-pussess tal-fond kummercjali, uzat bhala spizerija, numru 117, St. Sebastian Street, Qormi, liema fond hu mikri lill-intimat Mario Debono bil-kera ta' Lm150 fis-sena. Ir-rikorrenti qed tibbaza din it-talba taghha fuq il-premessi li l-intimat issulloka jew ceda l-fond lill-terzi minghajr il-kunsens jew l-approvazzjoni taghha u li l-intimat ghamel tibdiliet strutturali ingenti fil-fond ukoll minghajr il-kunsens jew l-approvazzjoni taghha.

Il-Bord li Jirregola l-Kera laqa' t-talba tar-rikorrenti u awtorizzaha tirriprendi pussess tal-fond kummercjali/spizerija f`numru 117, St Sebastian Street, Qortiu ghall-fini tal-izgumbrament ipprefigga t-terminu ta' xahar mid-data tal-istess sentenza.

L-intimat hass ruhu aggravat bl-imsemmija sentenza u interpona dan l-appell fejn qed jitlob li din il-Qorti tal-Appell thassar u tirrevoka l-istess sentenza u dana billi tigi michuda t-talba tar-rikorrenti appellata u tigi akkolta r-risposta tal-intimat appellanti. L-aggravju tal-intimat appellant jikkonsisti fil-fatt li, skont huwa, l-Bord ma analizzax tajjeb l-iskrittura li saret bejn l-intimatu t-terzi, u konsegwentement applika hazin il-ligi.

Il-Bord, fis-sentenza appellata, wasal ghall-konkluzjoni li l-argument li l-ftehim li sar bejn l-istess intimat u t-terz Vella la hu cessjoni u lanqas sullokazzjoni imma hu kuntratt ‘sui generis' li ma jreggix u ma jistax jigi accettat. Il-Bord wasal ghal din il-kokluzjoni wara li ezamina z-zewg skritturi u cioe dik bejn l-intimat u l-Ispizjar Ellul u dik bejn l-istess intimat u Vella u wara kkonsidra li dawn jixxibhu pero' fl-istess hin hemm differenzi fundamentali bejnithom.

Il-Bord fl-ebda hin ma accetta l-argumenti tal-intimat appellant li ma kienx hemm sullokazzjoni bejn l-intimat u Vella u din zgur li ma kienitx ir-raguni ghala l-Bord ma ezaminax it-tieni kawzali rigwardanti it-tibdil strutturali. Ghal kuntrarju, il-Bord stess iddikjara li ma kienx ser jezamina l-imsemmija kawzali l-ohra peress li kien gia rrizultalu li l-intimat kien issulloka l-fond in kwestjoni minghajr il-kunsens tas-sid. Il-Bord ghalhekk maskartax l-imsemmija kawzali tal-bdil strutturali u fl-ebda hin ma ddikjara li din il-kawzali kienetqed tigi michuda.

Din l-Onorabbli Qorti tal-Appell tiddeciedi billi tichad it-talbiet kollhatal-intimat appellant u billi tikkonferma is-sentenza appellata. Ghal finijiet tal-izgumbrament it-terminu ta' xahar ghandu jinda jiddekorri mid-data ta' din is-sentenza.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni