Reference: 1734/1999/1

Judgement Details


Date
03/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
UNIVERSITA' TA' MALTA vs HILI CARMEN SIVE BELLA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
TRIBUNAL INDUSTRIJALI, KWISTJONIJIET LI JISTA` JIKKONSIDERA - TRIBUNAL INDUSTRIJALI, POTERI TA` REVIZJONI TAL-QRATI ORDINARJI
Summary
Il-Qrati ordinarji gew moghtija l-fakolta` biex permezz tad-duttrina tal-judicial review jannullaw sentenza tat-tribunali specjali u decizjonijiet amministrattivi biex jigi assikurat ottemperament mal-ligijiet jew biex jigi mpedut jew eliminat l-abbuz;

Din il-gurisidzzjoni hi limitata pero` ghal meta t-Tribunal jmur ultra vires jew kontra r-regoli ta' gustizzja naturali jew is-sentenza tkunkontra l-ligi miktuba.

Jehtieg li jkun hemm prova tassew serja u tabilhaqq konvincenti tan-nullita` invokata. Prova rigoruza li tinkombi b' oneru fuq l-attur li jallegaha.

It-TribunalIndustrijali ghandu s-setgha taht l-Artikolu 28 tal-Kapitolu 266 bl-uzu tal-kliem "ghal kull ghan" li jifli tkeccija minn impjieg li jmur lil hinn minn konsiderazzjoni ta' raguni gusta u sufficjentifil-meritu.

F'dan ir-rigward, gie stabilit kemm mill-kitbiet ta' l-awturi u kif ukoll minn decizjonijiet tat-Tribunal Industrijali nnifsu li huwa ghandu s-setgha, taht l-Artikolu 28, li jifli tkeccija minn impjieg ukoll jekk, minkejja li kien hemm ragunijiet li jiggustifikawha, din tkun saretb' mod mhux misthoqq jew ingust.

Il-gurisdizzjoni tat-Tribunal testendi ghal dak li huwa maghruf bhala technically unfair dismissal.

Il-ligi specjali - Kap 266 - ma tiddistingwix bejn il-kwalita` ta' l-ingustizzja u l-att tat-tkeccija. Ma tillimitax il-kompetenza tat-Tribunal Industrijali skond il-meritu tar-raguni tat-tkeccija, u kellu allura jiftiehem li din testendi wkoll ghat-tkeccija li tkun proceduralment skorretta u allura ingusta, bhal fil-kaz fejn min ihaddem ma jkunx osserva l-iter obbligat mil-ligi u/jew mill-ftehim dwar kif kellha issir it-tkeccija.

It-terminu'ghal kull ghan' [Artikolu 28(1)] hu tradott fit-test ingliz bil-kliem 'for all purposes'. Terminidawn li huma inkluzivi u jestendu ghal kull xorta ta' tkeccija ingusta tkun xi tkun ir-raguni, ...Kull xorta ta' azzjoni dwar tkeccija ngusta allura, kollox inkluz u xejn eskluz, kienet taqa' tahtil-kompetenza eskluziva tat-Tribunal Industrijali sakemm ikun jaqa' fid-definizzjoni ta' 'tkeccija ngusta' kif definita fis-subinciz 2 tal-Kap 266.

Hawnhekk giet konfermata decizjoni tat-Tribunal Industrijali fejn gie deciz li filwaqt li t-temm ta' l-impjieg kien sar ghal raguni tajba u bizzejjed, id-decizjoni ttiehdet wara tul ta' zmien irragjonevoli u ghalhekk l-impjegata kienet giet kompensata in vista tad-dewmien esagerat biex ittiehdet din id-decizjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info