Referenza: 14/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/10/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
GAUCI CLAUDETTE vs PAOLO BONNICI LIMITED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, ANNULLAMENT MA JISTA` QATT IKUN RELATTIV - ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, ANNULLAMENT TA` ATT IMWETTAQ MINGHAJR IL-KUNSENS MEHTIEG - ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, EFFETT TA` ANNULLAMENT TA` ATT IMWETTAQ MINGHAJR IL-KUNSENS MEHTIEG - ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, GARANZIJA - ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, WIEHED MILL-KONJUGI JISTA` JORBOT L-ASSI TAL-KOMUNJONI - GARANZIJA, ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, ATTI NORMALI TA` GESTJONI TA` KUMMERC, NEGOZJU JEW PROFESSJONI - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, L-GHOTI GARANZIJA HUWA ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, POSIZZJONI TAL-KREDITURI WARA XOLJIMENT TA` - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, THASSIR TA` ATTI LI JEHTIEGU L-KUNSENS TAZ-ZEWG PARTIJIET MIZZEWGA IZDA LI JITWETTQU MINN PARTI WAHDA MINGHAJR IL-KUNSENS TAL-PARTI L-OHRA
Fil-Qosor
Skond l-artikolu 1322 (3) (h) tal-Kodici Civili, il-kuntratt ghal xi garanzija gie dikjarat li hu att ta' amministrazzjoni straordinarja, u skond l-artikolu 1322(2) il-jedd li jitwettaq att simili "imissu liz-zewg mizzewgin flimkien". Peress li l-attrici ma tatx il-kunsens taghha ghat-twettiq ta' dak il-ftehim, hi qed titlob l-annullament tieghu a tenur tal-artikolu 1326 tal-istess Kodici Civili.

L-artikolu 1326 tal-Kodici Civili jaghti l-fakolta' lil dik il-konsorti li ma tkunx tat il-kunsens taghha ghall-att straordinarju li jannulla dak l-att kemm-il darba dak l-att jkun dwar it-trasferiment jew il-holqien ta' jedd reali jew personali fuq proprieta' immobbli; meta dak l-att jkun dwar proprjeta' mobbli, dan jista' jkun annullat biss meta l-jeddijiet fuqhom ikunu nghataw b'titolu gratuwitu.

Garanzija personali tolqot kemm proprieta' immobiljarja, kif ukoll proprieta' mobbli, u dan peress li garanzija personali tfisser li d-debitur ikun dahal responsabbli ghad-dejn bil-gid kollu tieghu, prezenti u futuri, kemm mobbli kif ukoll immobbli.

Meta konsorti jirnexxi f'azzjoni taht l-artikolu 1326 tal-Kodici Civil l-att impunjat ma jigix imhassar in toto, izda jigi dikjarat biss li dak l-att ma jorbotx lill-komunjoni tal-akkwisti, izda lill-assi parafernali tal-firmatarju. (Ara pero` Angele Calleja v. Claude Calleja 1689/01 AJM deciza 2/10/2002)

L-ghoti ta'garanzija huwa att ta' amministrazzjoni straordinarja, pero', l-artikolu 1324 tal-Kodici Civili jiddisponi li att li normalment hu meqjus bhala att ta' amministrazzjoni straordinarju, jista' jsir minnkonsorti wiehed u jkun validu, jekk dak l-att ikun att normali ta' gestjoni ta' kummerc, negozju jew professjoni tal-konsorti li jkun agixxa minghajr il-permess tal-parti l-ohra.

Komprizi fit-terminologija ta' att normali ta' gestjoni ta' negozju, wiehed ghandu jinkludi mhux biss l-atti gornalieri ta' kummerc, izda wkoll dawk l-attivitajiet li, ghalkemm ma jsirux fuq bazi regolari, huma pero' normali fil-kummerc u n-negozju. Trid tinghata interpretazzjoni wiesa' lil dak l-artikolu, biexjigi li jkopri kull tip ta' negozju, anke wiehed eccezzjonali, li wiehed jistenna li jsir minn minikun f'dak in-negozju, kummerc jew professjoni. Il-ligi, fil-fatt, ma tuzax il-kelma "regolari" jew"ta' kuljum" ghall-eccezzjoni, izda att normali, u att ikun "normali" skond in-negozju u z-zmien lifih sar l-att.

Ghalhekk intqal li self li persuna tiehu u l-ghoti ta' kambjali in garanzija ghar-restituzzjoni, hu att kopert bl-artikolu 1324. Intqal ukoll li l-akkwist ta' self u l-iffirmar ta' exclusive purchase agreement mas-socjeta' attrici, huwa att li wkoll jaqa' taht l-artikolu 1324 tal-Kodici Civili. Persuna li huwa pig-breeder u li tefa' applikazzjoni fost il-membri tal-Ghaqda tal-Koperattiva ta' Min Irabbi l-Majjali Ltd. ghat-tmexxija ta' terminal sire units, ikun qed jagixxi permezz ta' att li jirrientra fl-attivita' kummercjali tieghu u kwindi jista' jagixxi wahdu taht l-artikolu 1324 tal-Kodici Civili. Dawn il-kuntratti ma kienux kuntratti li negozjant jidhol fihom kuljum, izda, fic-cirkustanzi tas-suq ta' illum, huma kuntratti li normali li min ikun fil-kummerc jiffirma.

Hekk ukoll, illum, in-negozju kollu kwazi jsir dejjem tramite kumpanija, u zgur li ftit issib kumpaniji li ma jkollhomx overdraft jew self ma' Bank. Hi prassi normali li l-Bank ma jaghtix dawn il-facilitajiet lill-kumpanija jekk ma jkollux garanzija personali mill-persuni li jmexxu dik il-kumpanija; din l-ghoti ta' garanzija personali hija att normali ghal dawk involuti fil-gestjoni ta'kummerc jew negozju.

L-istess jista' jinghad ghal ghoti ta' credit facilities. Il-wholesalers il-kbar soltu jbieghu jew on a cash basis jew on credit, u hu normali li meta jkollhom klient li jixtri hafna u b'mod regolari, ma jkunx pratikabbli li n-negozju jsir on a cash basis, imma jsir arrangament ta' credit facility. Meta tinghata din il-facilita', hu normali li l-wholesaler jitlob garanzija personali tal-persuni li jmexxu n-negozju, u dan biex ikopru ruhhom u jpattu ftit ghar-riskjuli qed jiehdu meta jissuplixxu l-prodotti on credit.

Gie ritenut f'sentenza tal-Qorti tal-Appell fil-kawza Anthony sive Ninu Frendo vs Angelo Zahra pro et noe (Cit. Nru. 1379/97 deciza fil-31 ta' Jannar, 2003), li anke kieku l-att hemm impunjat kien jinkwadra ruhu bhala att normali ta' gestjoni ta' kummerc jew negozju, bl-ebda mod ma kien jaggrava l-komunjoni tal-akkwisti.

Hawnhekkil-Prim' Awla tal-Qorti Civili ma ikkondividitx dan il-hsieb. Kieku att straordinarju li hu att normali ta' gestjoni ta' kummerc ma jorbotx il-komunjoni tal-akkwisti, ma jkunx hemm lok tar-regola introdotta bl-artikolu 1324, ghax bhala att straordinarju ezercitat minn konjugi wiehed biss ma jorbotxlill-komunjoni tal-akkwisti fih innifsu. L-iskop ta' l-artikolu 1324 hu intiz biex, fil-konfront ta'terz, il-komunjoni tintrabat anke meta att straordinarju jsir minn konsorti wiehed biss, basta li jkun att "normali" ta' gestjoni ta' kummerc. It-terz, allura, ma jkollux ghalfejn, kull darba, li jinnegozja ma konsorti jitlob li dan ta' l-ahhar igib il-parti l-ohra mieghu, ghax jaf li, bil-firma ta' parti wahda, xorta wahda jkun kopert.

Dan johrog car ukoll minn ezami tal-artikolu 1330 tal-Kodici Civili. Dan l-artikolu jghid li meta l-beni tal-komunjoni tal-akkwisti ma jkunux bizzejjedbiex jithallsu d-djun li jkunu piz fuqhom, il-kredituri ta' dik il-komunjoni jistghu jinforzaw it-talba taghhom in subsiduim kontra l-beni parafernali tal-mizzewgin. B'dan pero', li jekk id-dejn in kwistjoni (u hawn qed nitkellmu fuq djun tal-komunjoni) jinholoq mill-esercizzju ta' negozju kif imsemmi fl-artikolu 1324, allura l-kredituri jistghu jinfurzaw dak id-dejn in subsidium fuq l-assi parafernali biss tal-parti li holoq dak id-dejn. Dan l-artikolu jikkonferma u, fil-fatt, qed jassumi li dejn mahluq kif imsemmi fl-artikolu 1324, huwa dejn tal-komunjoni, u huwa biss in subsidium li min holoq dak id-dejn ikun responsabbli ghalih bil-beni parafernali tieghu.

Ili ligi holqot sistemafejn qed tipprova tibbilancja l-interess ta' kull min hu interessat. Minn naha l-wahda, ghandek in-negozjant li, biex imexxi n-negozju tieghu fl-interess tal-komunjoni tal-akkwisti, m'ghandux ghalfejnikaxkar lill-martu mieghu biex din takkumpanjah ghal kull att li jghamel, u t-terz jaf li, avvoljaqed jinnegozja mar-ragel biss, warajh hemm il-komunjoni. Il-mara, ftit jew wisq, qed tiehu riskju ghax tista' ssib il-komunjoni mghobbija b'pizijiet ta' natura straordinarja li ghalihom ma tatx il-kunsens. Kontra dan, pero', ghandha mhux biss il-fakolta' li ccahhad lil zewgha milli jkompli jamministra l-komunjoni, taht l-artikolu 1325 tal-Kodici Civili, izda l-privilegg li tara li gidha parafernali ma jkunux jistghu jitmessu mill-kredituri tal-komunjoni, u dan peress li dak l-att inholoq taht l-artikolu 1324. Il-ligi, bl-artikolu 1324, holqot eccezzjoni ghar-regola li att straordinarju mahluqminn konsorti wiehed ma jippregudikax il-komunjoni tal-akkwisti, b'dan, pero', li dik l-eccezzjoni ma twassalx ghall-effetti kollha tar-regola generali, u cioe', li l-mizzewgin jaghmlu tajjeb in subsidium b'gidhom personali ghad-djun tal-komunjoni. Dejn maghmul ai termini tal-artikolu 1324, jorbot lill-komunjoni tal-akkwist, u in soliduim, il-beni parafernali ta' dak biss li ta' lok ghal dak id-dejn.

L-obbligazzjoni in kwistjoni hi, allura, mhux biss obbligazzjoni valida li holoq ir-ragelai termini tal-artikolu 1324 tal-Kodici Civili, izda wkoll hi obbligazzjoni li torbot lill-komunjoni tal-akkwisti allura ezistenti bejn il-konjugi Gauci.

L-artikolu 1244 tal-Kodici Civili jiddisponi li l-koppja tista' tbiddel ir-regim ekonomiku taz-zwieg, pero', dan isehh "minghajr hsara tal-jeddijiet tat-tfal jew ta' terzi persuni".

Ikun facli, altrimenti, ghad-debitur mizzewweg li, wara li jidhol fi djun bil-komunjoni tal-akkwisti taghmel tajjeb, jnaqqas jew adirittura inehhi din il-garanzija, billi jillikwida l-komunjoni u jassenja l-gran parte tal-oggetti lill-martu. Dan zgur m'ghandux jigi permess. Il-kuntratt ta' terminazzjoni tal-komunjoni tal-akkwisti mhux, ghal din I-raguni, qed jigi annullat, ghax dak ghandu jitqies validu, izda m'ghandux ikollu effett li jippregudika t-terzi. La darba giet xolta u deviza l-komunjoni, id-djun tal-komunjoni, allura ezistenti, jaqghu fuq il-partijiet individwalment, b'mod li issa, allura, it-tnejn li huma huma obbligati li, bl-assi parafernali taghhom (li issa tinkludi sehemhom mill-komunjoni tal-akkwisti), jaghmlu tajjeb ghad-djun tal-komunjoni li kienu jezistu qabel it-terminazzjoni ta' dak ir-regim jew li huma konsegwenzata' obbligazzjonijiet assunti waqt l-operat tal-komunjoni tal-akkwisti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni