Reference: 1372/2001/1

Judgement Details


Date
09/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
BENMAR COMPANY LTD vs SALIBA CHARLTON FRANK
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO PUBLICIANA, ELEMENTI TA` - ACTIO PUBLICIANA, RAPPORT MA` L-ACTIO REI VINDICATORIA - ACTIO PUBLICIANA, TISTA` TIGI EZERCITATA KUMULATTIVAMENT MA` L-ACTIO REI VINDICATORIA - ACTIO REI VINDICATORIA, GRAD TA` PROVA - ACTIO REI VINDICATORIA, META L-KONVENUT JALLEGA TITOLU - ACTIO REI VINDICATORIA, RAPPORT MA` L-ACTIO PUBLICIANA - ACTIO REI VINDICATORIA, TISTA` TIGI EZERCITATA KUMULATTIVAMENT MA` L-ACTIO PUBLICIANA
Summary
L-attur f'actio rei vindicatoria jrid jipprova t-titolu tieghu, titolu li suppost ghandu jwassal ghall-wiehed originali, izda fid-dawl tad-diffikulta', jekk mhux impossibilita' (tant li tissejjah diabolica probatio) ta' din il-prova, il-gurisprudenza u l-awturi immitigaw din il-prova li tispetta lill-attur, u l-prova rikjesta ma baqghetx mehtiega li tkun daqshekk rigida, izda ghandha tkun imqabblama' dik tal-konvenut possessur.

Il-principju li min ghandu titolu ahjar jirbah il-kawza, minghajr htiega li dak li jkun jipprova titolu asoslut, illum tinsab assodata fid-duttrina.

Dinit-teorija tal-prova migliore ghandha l-bazi taghha fid-Dritt Ruman, u kienet tissejjah l-actio Publiciana. Li din l-azjoni ghadha tezisti fid-dritt malti jirrizulta mill-gurisprudenza.

Fl-azzjoni rivendikatorja, il-piz tal-prova tal-proprjeta' jinkombi fuq l-attur. Imma ladarba dan jissodisfa dak il-piz billi juri t-titolu tieghu, jkun jinkombi lill-konvenut li jikkontrapponi, permezz ta'provi cari, univoci u indubbi, it-titolu proprju'. Jekk l-istess citat jaghzel spontaneament li ghall-azzjoni attrici jeccepixxi dritt ta' proprieta', huwa jkun qieghed implicitament jirrikonoxxi d-dominju jew titolu tal-attur, izda jkun qieghed jghid illi t-titolu tieghu huwa aktar validu u kwindi skond ir-regoli probatorji `reus in excipiendo fit actor', din id-difiza timporta li l-konvenut jghaddi ghall-provi tat-titolu tieghu, u jekk ma jirnexxix fil-meritu, ikollha tipprevali l-massima `melius est non habere titulum quam habere vitiosum'. Meta l-konvenut f'azzjoni rivendikatorja ma jiddefendix ruhu bil-pussess imma billi jinvoka favur tieghu titolu fuq il-haga rivendikata ssir impellenti ghall-Qorti li tezamina t-titolu pretiz mill-konvenut. U jekk il-konvenut ma jirnexxilux jipprova t-titolu minnu allegat u jibqa' sokkombenti f'din il-prova, huwa prekluz milli jinvoka favur tieghu l-pussess.'




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info