Reference: 1020/1995/2

Judgement Details


Date
09/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
PACE GIOVANNA vs UFFICJAL TAL-VALUTAZZJONI TAL-ART. ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ORDINANZA LI TNEHHI L-KONTROLL TAD-DJAR, DEKONTROLL META BDIL STRUTTURALI IBIDDEL DAR TA` ABITAZZJONI F`NUMRU AKBAR TA` DJAR TA` ABITAZZJONI
Summary
L-artikolu 3(c) tal-Ordinanza tad-Dekontroll Kap 158 tal-Ligijiet ta' Malta jipprovdi li fond jista'jigi dekontrollat jekk:

"tkun kompluta jew lesta ghall-uzu wara l-gurnata stabbilita' billijsir bdil strutturali li jbiddel dar ta' abitazzjoni wahda jew izjed f'numru akbar ta' djar ta' abitazzjoni".

Id-data stabbilita kienet dik tal-10 ta' April, 1959, u hu importanti li jirrizultali l-alterazzjonijiet strutturali li jbiddlu dar ta' abitazzjoni wahda fi tnejn, ikunu saru wara dik il-gurnata.

Il-hsieb wara l-provvediment tal-art. 3 (c) tal-Kap 158, hu biex ihajjar sidienjaqsmu d-djar taghhom f'diversi units li jkunu jistghu jinkrew separatament minn xulxin. Fi kliem iehor, l-units il-godda jridu jkunu separati minn xulxin b'mod li jistghu jinkrew u jintuzaw minn zewg familji kompletament aljeni minn xulxin. Irid ikun hemm segregazzjoni totali, b'mod li unit jigikompletament indipendenti minn iehor. Dan ovvjament ma jfissirx li z-zewg units ma jistax ikollhom partijiet komuni, kif ikollhom flats fi blokk komuni, pero', d-djar, imbaghad, mill-ghatba 'l gewwa,jridu jkunu separati u distinti, u mhux bizzejjed li sempliciment taqsam dar biex tiehu zewg inkwilini. L-indipendenza ta' unit ma' iehor trid tkun totali, u kull fond irid ikollu bieb intern ghalih, ghad li jista' jkollhom entratura wahda li sservi ghall-kulhadd.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info