Reference: 122/1998/1

Judgement Details


Date
03/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ELMO INSURANCE SERVICES LTD NOE vs PACE EDWIN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, PROCEDURI GUDIZZJARJI - INTEGRITA` TAL-GUDIZZJU, MIZZEWGIN - INTEGRITA` TAL-GUDIZZJU, PROCEDURI GUDIZZJARJI LI JKUNU JISTGHU JEFFETTWAW IL-KOMUNJONI TA` L-AKKWISTI
Summary
L-Artikolu 1322 tal-Kodici Civili jipprovdi ghas-sitwazzjoni dipendenti minn natura ta' l-amministrazzjoni ta' l-akkwisti. F' kaz li din tkun biss wahda ordinarja l-jedd li wiehed iharrek jew jigi mharrek tispetta lil kull wahda mill-mizzewgin (subinciz 1). Invece fejn l-amministrazzjoni tkunwahda straordinarja l-jedd appena imsemmi jmissu liz-zewg mizzewgin flimkien (subinciz 2). Is-subinciz (3) imbaghad jelenka dawk l-atti li huma expressis dikjarati bhala ta' indoli straordinarji. Huma biss dawk l-atti elenkati mis-subparagrafi (a) sa (m) li ghandhom jitqiesu ta' natura straordinarja u ghalhekk ghandhom jinghataw interpretazzjoni restrittiva;

Issa l-eccezzjoni tan-nuqqas ta' integrita` tal-gudizzju bbazata fuq l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 1322 tal-Kodici Civili kif emendat, tinvoka provvediment li hu ta' ordni pubbliku u l-Qorti hi prekluza milli tinjorah una volta n-nuqqas jigi sollevat u ppruvat anke fejn ikun hemm rinunzja tal-parti. Dan ghaliex jekk hekk taghmel tkun tista' tkun li qed tippregudika l-jeddijiet ta' terzi, f' dan il-kaz tal-konjugi li ma tkunxgiet konvenuta fil-kawza u li jkollha kull interess fl-amministrazzjoni tal-beni immobbli milqutabl-ipoteka.

Minn dan hu dezumibbli illi filwaqt li l-Qorti ghandha iva tokkupa ruhha mill-eccezzjoni minn naha l-ohra ghandha tirrigwarda u tikkonsidra l-materja mill-punto di visto procedurali entro il-parametri restrittivi mil-ligi stabbiliti fis-subinciz (3) ghall-Artikolu 1322;

Fejn tinsorgi eccezzjoni ta' nuqqas ta' integrita` tal-gudizzju, il-kwestjoni ghandha tigi definita uinterpretata mill-indoli ta' l-azzjoni proposta. F'dan il-kaz l-indoli ta' l-azzjoni kienet wahda kwazi-delittwuza reintranti f'materja ta' danni akwiljani. Il-finalita` ta' l-azzjoni hi r-rizarciment u l-likwidazzjoni tad-danni subiti fl-incident li fih il-vettura ta' l-assigurat tas-socjeta` attrici soffriet hsarat ingenti bil-waqa' ta' gebel fuqha roprjeta` tal-konvenuti u tan-nisa taghhom;

Issa hu veru li l-finalita` tal-kawza kapaci jikkolpixxi anke l-fond fuq imsemmi, meqjus bhalabeni tal-komunjoni. Eppure l-att, kif deskritt fic-citazzjoni, ma jistax jigi maghdud bhala att ta' amministrazzjoni straordinarja li per konsegwenza jesigi ta' bil-fors l-presenza tal-mara mizzewgau b' hekk jaghtiha locus standi in judicio. Minn imkien mis-subinciz (3) ta' l-Artikolu 1322 l-attli ta lok ghad-danni ma jista' jikkwalifika bhala att ta' amministrazzjoni straordinarja. Huwa biss fil-limiti tad-disposizzjoni applikabbli illi jrid jigi nkwadrat il-kaz biex jista' jigi accertatjekk il-presenza tan-nisa tal-konvenuti fl-azzjoni prezenti hijiex mehtiega jew le;

Dan naturalment ma jfissirx illi l-immobbli nnifsu ma jbatix u ma jaghmilx tajjeb ghad-djun tal-komunjoni anke jekk naxxenti minn kwazi-delitt. Dan jistabbilih b' mod l-aktar car s-subinciz (f) ghall-Artikolu1327 fejn testwalment jipprovdi li tali hu l-kaz dwar "kull dejn jew indenniz dovut bhala rimedju civili minn xi wahda mill-partijiet fiz-zwieg meta dak l-indenniz ma jkunx dovut bhala rimedju civilidwar reat jkun sar bir-rieda." F' dan is-sens il-ligi tiddistingwi bejn atti kolpuzi u atti doluziu bl-istess mod kif kien mahsub taht ir-regim tal-Kodici Civili qabel l-emendi teskludi biss dak id-dejn jew indenniz li r-ragel kellu jaghti bhala danni civili ghal reat li hu jkun ikkommetta volontarjament [Artikolu 1372(2) tal-Kodici Civili ta' l-Edizzjoni Riveduta tal- Ligijiet ta' l-1942]. Dankien japplika wkoll fil-kaz li r-reat tikkomettih il-mara, u allura anke f' dan il-kaz il-mara hijatenuta lejn it-terzi ghar-rizarciment civili tad-danni derivanti mir-reat minnha volontarjament kommess izda biss bil-gid parafernali taghha u mhux bil-gid tal-komunjoni ta' l-akkwisti.

Meta l-kaz ma jissubentrax taht l-ebda wahda mis-subparagrafi f' dan id-dispost kontemplati l-eccezzjoni moghtija ma tistax tircievi favur, anke jekk hu rikonoxxut l-interess tan-nisa mizzewga in materja.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info