Reference: 1615/1994/1

Judgement Details


Date
03/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ELLUL DORIS vs CAMILLERI FRANCIS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO DE IN REM VERSO, ELEMENTI TA` - ACTIO DE IN REM VERSO, KIF JIGI STABILIT L-ARRIKKIMENT - AZZJONI, NATURA U INDOLI GHANDHOM JIGU DEZUNTI MIT-TERMINI TAL-ATT LI BIH JINBDEW IL-PROCEDURI
Summary
L-Azzjoni "de in rem verso" hija rimedju sussidjarju estiz ghall-kazijiet meta tkun avverat ruhha lokupletazzjoni effettiva ghad-dannu ta' haddiehor, u ssib il-fondament taghha fil-principju "jure naturae aequum est neminem cum alterius detrimento et injuria fieri locupletiorem".

Hi azzjoni koncessa biss meta mhix esperibbli l-azzjoni ex contractu.

L-elementi ghas-success taghha, imbaghad, huma s-segwenti:-

(a) li l-haga li tkun giet versata, jew li tkun ghaddiet fil-patrimonju ta' haddiehor, tirrizulta ta' vantagg u utilita` tieghu;

(b) li dak il-passagg tal-haga jkun sar b' titolu lukrattiv; u

(c) li min jircieviha jkun sar aktar sinjur b' dak li jghaddighandu."

Filwaqt li wiehed ghandu jikkonsidra l-arrikkiment fiz-zmien li fih sar jew fil-kaztal-mewt ta' l-awtur tax-xoghlijiet li taw lok ghall-arrikkiment, wiehed ghandu jaghti importanza wkoll ghall-certi cirkostanzi successivi. Dan fis-sens illi l-valur ta' l-arrikkiment ikun maghmul jiddependi wkoll minn fatti sopravvenuti li kapaci jawmentaw, jew inaqqsu, l-arrikkiment. Rilevanti bhala elementi ta' konsiderazzjoni ghall-valutazzjoni aktar konsona u gusta jitqiesu l-bwona, jew mala fede, tal-persuna vantaggjata u arrikkita;

Hemm imbaghad konsiderazzjoni ohra li trid issir. Konsiderat il-fatt illi l-attrici, qua beneficjarja ta' l-assi tal-premort huha, ma tistax, ghar-ragunijiet ovvji, tiehu dan il-beneficcju in natura, huwa gust illi l-kreditu taghha, konvertit fi flus, ghandu jkun referit ghaz-zmien prossimu tal-konversjoni, jigifieri, iz-zmien l-aktar qrib possibbli ghall-pronunzjament gudizzjali;

Huwa indiskuss in tema ta' principju generali illi n-natura u l-indoli ta' l-azzjoni ghandhom jigu dezunti mit-termini ta' l-att promotur tal-procediment.Daqstant iehor hu pacifiku fil-gurisprudenza taghna illi d-domanda tista' tigi sostenuta per equipollens;

Jinsab fil-fatt ritenut illi "d-dikjarazzjonijiet li talvolta jkunu mehtiega biex l-attur jasal ghal xi wahda mid-domandi ma hemmx bzonn li jsiru fic-citazzjoni taht forma ta' domanda";




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info