Reference: 48/1994/1

Judgement Details


Date
03/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
DEBONO MARIA vs VASWANI ANDREW
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, DEFINIZZJONI TA` DIZABILITA` PERMANENTI - DANNI, DISKREZZJONI TAL-QORTI FL-APPLIKAZZJONI TAL-METODU ADOTTAT F`BUTLER V. HEARD - DANNI, DIZABILITA` PERMANENTI - SFREGJU - DANNI, KUNCETT TA` LUCRUM CESSANS - DANNI, META D-DANNEGGJAT JIBQA` FL-ISTESS XOGHOL MINKEJJA D-DIZABILITA` LI JKUN SOFRA - DANNI, SKOP TA` AZZJONI GHAR-RIZARCIMENT TA` - DANNI, TELF TA` QLIEGH - DANNI, TNAQQIS GHAL LUMP SUM PAYMENT
Summary
Huwa indikuss illi f'azzjoni ghad-danni l-principju konsegwit hu dak tar-restitutio in integrum, fis-sens illi "l-iskop tal-hlas tad-danni huwa dak li terga' tpoggi lil min ikun soffrihom fil-posizzjoni daqs li kieku huwa ma gralu xejn".

Fl-istat attwali ta' l-izvilupp gurisprudenzjali taghnal-gudikant ma ghandux ghalfejn jaqa' fuq il-kriterju ekwitattiv ta' l-arbitrio boni viri, cjoe li jiffissa somma ex aequo et bono minghajr kriterju specifiku, meta bil-ghajnuna ta' metodu prattikabbli giet mill-Qorti stabbilita` formula dwar il-kalkolu tal-kumpens jew somma ghad-danni sofferti. Dan kif traccjat fis-sentenza "Michael Butler -vs- Peter Christopher Heard", Appell Civili, 22 ta' Dicembru 1967, ormai locus classicus fuq is-suggett. Cionostante l-formula f' din id-decizjoni stabbilita, gie xorta wahda ritenut illi "margini ta' latitudni diskrezjonali irid dejjem jithalla lill-gudikant".

Tali diskrezzjonalita` jidher li giet adoperata fil-kaz tal-multiplier billi din ma baqghetx marbuta ma' massimu ta' ghoxrin (20) sena "working life expectancy", kif ukoll fir-rigward tal-"lump sum percentage deduction".

Dak li jrid jigi stabbilit mhuwiex grad ta' inkapacita` f' sens purament mediku izda l-effett illi l-hsara personali ghandha fuq il-qligh tad-danneggjat. Il-fatt li d-danneggjat jibqa' impjegat bhal qabel ma ghandux inaqqas mid-dritt ghal kumpens ghaliex il-menomazzjoni tfixkilu fl-impjieg u ma jista' qatt tkun au pair ma' impjegati ohra fl-istess kategorija. Din il-menomazzjoni tincidi b' mod rilevanti fuq il-patrimonju tieghu.

Gie in fatti osservat illi "d-dizabilita` timplika nuqqas ta' opportunitajiet ta' xoghol alternattiv u dan in-nuqqas ta' ghazla huwa ta' zvantagg u wisq probabbli jikkaguna nuqqas ta' opportunitajiet ta' qligh ahjarf' xoghol addattat ghal min ma ghandux dizabilita` fizika";

Lezjonijiet konsistenti fi sfregju jgibu bhala rizultat u konsegwenza sens ta' biza u apprensjoni, motiv ta' misthija, telf ta' joiede vivre, li certament jincidu anke fuq l-aspettattivi tax-xoghol tal-persuna li ssofrihom. Naturalment, ukoll, apparti l-konsiderazzjoni mil-lat jew grad ta' inkapacita` ghax-xoghol wiehed irid iqis ukoll il-kumpless tal-konsegwenzi delatarji li d-difformita` thalli fuq il-persuna ta' l-attrici konsiderat il-gender taghha;

Ghandu jsir tnaqqis mill-persentagg (20%) biex jikkumpensa ghad-dewmien tal-proceduri gudizzjarji. Dan hu motivat ukoll mill-fatt li ma hux sallum possibbli li jigidegretat il-hlas ta' l-imghax mid-data li giet kagunata l-hsara. Fuq l-istregwa ta' din id-decizjoni il-persentagg ta' 20% ghal lump sum payment beda jigi ridott b' rata ta' tnejn fil-mija (2%) kullsena mid-data ta' l-incident sakemm tigi finalment deciza l-kawza;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info