Referenza: 687/1981/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
03/10/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
CUTAJAR ORAZIO SIVE GRAZIO vs CUTAJAR EMMANUELE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DIVIZJONI, IL-LIKWIDAZZJONI TA` WIRT TISTA` TINTALAB BISS MINN WERRIET JEW LEGITTIMARJU - SUCCESSJONI, ACCETTAZZJONI TA` EREDITA` - SUCCESSJONI, DRITT GHALL-FROTTIJIET FUQ IL-BENI LI JIKKOMPONU L-LEGITTIMA - SUCCESSJONI, LEGITTIMA - NATURA TA` - SUCCESSJONI, RINUNZJA GHALL-EREDITA`
Fil-Qosor
Hu principju ormaj pacifiku fil-gurisprudenza nostrali illi, biex il-likwidazzjoni ta' wirt tista' tintalab bhala pre-ordinata ghad-divizjoni, jehtieg li l-attur ikun werriet, jew ghall-anqas legittimarju; u li ghalhekk, min ikun ghadu ma ddeliberax li jaccetta l-eredita`, jew li ma jaccettahiex u minflok jiehu l-legittima, ma jistax jippromwovi kawza ghal-likwidazzjoni tal-wirt. Ghax hu ma jkunxjista' jigi kunsidrat la bhala werriet u lanqas bhala legittimarju.

Kwantu mbaghad ghal-legittimarju dan ma jistax jippromwovi l-kawza qabel ma jkun irrinunzja ghall-wirt b' mod espress" kif hekk jiddisponi l-Artikolu 860 tal-Kodici Civili.

Legittimarju li jkun irrinunzja ghall-wirt uli jitharrek bhala eredi f'azzjoni relattiva ghall-validita` ta' wirt u li ma jopponix tali fatt jista' forsi jitqies li accetta l-eredita`.

Madanakollu, accettazzjoni tacita` ta' eredita` tridtkun tali li certament, necessarjament u univokament, minnu ma tkunx tista' tigi nferita konsegwenza ohra hlief dik li min ghamlu ried jaccetta l-eredita`. U l-prova li l-att ikun jirrivesti dawn il-karattri jinkombi lil min jallega li dak l-att jirrivesti dawn il-karattri.

F'kaz ta' dubjutali dubju ghandu jmur a favur ir-rifjut ta' l-eredita`. Hawnhekk il-qorti, fic-cirkostanzi partikolari tal-kaz, qieset li ma kien hemm l-ebda accettazzjoni tal-wirt.

Il-ligi taqsam il-gid tad-disponenti f' zewg partijiet; wahda l-parti disponibbli u l-ohra l-parti indisponibbli. Dan kif jemergi mill-Artikoli 614(2), 646 u 647, u d-disposizzjonijiet li jsegwuh li jittrattaw fuq ir-riduzzjoni tad-disposizzjonijiet tat-testment li jaqbzu s-sehem li t-testaturi setghu jiddisponu minnhom. Il-parti li mhix disponibbli tigi matematikament kalkolata skond kif kalkolat fl-Artikolu 616 u ta' wara skond il-kaz. Ifisser ghalhekk illi l-fakolta li t-testaturi jaghmlu li jridu bil-kwota disponibbli ta' gidhom hi limitata mill-parti indisponibbli. In vista ta' dan "l-ewwel haga li ghandha ssir hija l-likwidazzjoni sabiex inkunu nistghu naccertaw jekk id-decujus bid-disposizzjoni ta' dak il-legat eccediex il-parti disponibbli tal-patrimonju; u f' dina l-likwidazzjoni l-legat de quo agiturfl- estensjoni tieghu kollha ghandu jigi kalkulat, il-ghaliex l-istess, bhal speci ta' beni jew korp, jappartjeni lil-legatarji, u fuqu l-legittimarji ma ghandhomx hlief id-dritt li lilhom taghti l-ligi fil-kaz li jigi konstatat li d-decujus, bid-disposizzjonijiet tieghu, ikun ecceda l-parti disponibbli, f' liema ipotesi l-istess jista' jkun soggett ghar-riduzzjoni.

Il-legittima hija sehemmill-beni tal-mejjet dovuta in natura in piena proprieta` senza alcun peso od altra condizione. Ghaldaqstant ghandha tigi kalkolata fuq il-patrimonju shih, inkluza kull ghotja gratuwita`, izda bit-tnaqqis tad-djun u ta' l-ispejjez funerarji.

Gjaladarba ghalhekk "skond il-ligi taghna l-legittima hija biss kwota mill-beni li jhalli d-decujus, dan allura, kif gja inghad, jista' jiddisponi kifirid mill-beni tieghu, minghajr distinzjoni ta' l-ispecie taghhom, imma biss bil-limitazzjoni tal-kwantita`. Jigifieri sakemm id-decujus ma jeccedix il-kwota disponibbli tal-beni tieghu u ma jilledix il-legittima, huwa jista' jaghmel li jrid bil-kwota disponibbli, u mhux obbligat ihalli lil-legittimarju determinata speci ta' beni.

Dan ifisser illi l-legittimarju ma jistax jippretendi d-dritt li fil-legittima tieghu tigi mdahhla parti minn kwalunkwe wahda mis-sustanzi li jikkomponu l-assi patrimonjali tad-decujus. Konsegwentement, meta d-decujus ihalli xi legat jew jaghmel xi donazzjoni, il-legittimarju ma jistax jinjora dak il-legat u jitlob li parti mill-beni li jikkomponu dak il-legat tigi mdahhla fil-legittima u tigi assenjata lilu. Dak il-legat jew dik id-donazzjoni ghandhomjigu mehuda in konsiderazzjoni biss ghall-fini tal-kalkolu tal-legittima u jkun hemm lok ghar-riduzzjoni taghhom fil-kaz li din tigi leza.

Jinsab pacifikament affermat illi fuq il-beni li jikkomponu l-legittima tieghu l-legittimarju ghandu dritt ghall-frutti minn dakinhar ta' l-apertura tas-successjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni