Reference: 1396/2001/1

Judgement Details


Date
02/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
TABONE LEA PRO ET NOE vs TABONE JESMOND
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
MANTENIMENT, IL-KONJUGI JGORRU RESPONSABILITAJIET INDAQS - MANTENIMENT, NEMO AD IMPOSSIBILIA TENETUR - MANTENIMENT, OBBLIGU TAL-HLAS TA` - SEPARAZZJONI PERSONALI, MHUX MEHTIEG KUMULU TA` RAGUNIJIET - SEPARAZZJONI PERSONALI, SEVIZI
Summary
Sabiex il-konjugi offiz ikun jista' jitlob is-separazzjoni kontra l-konjugi hati mhux necessarju lijkunu jikkonkorru l-eccessi, is-sevizji, il-minaccji u l-ingurji gravi, izda kull wahda minn dawn il-kawzi wahedha hija sufficjenti sabiex tkun tali li tivvjola profondament ir-rigwardi tal-konvivenzakonjugali.

Ikun hemm sevizzi meta dawn ikunu abitwali jew almenu ripetuti b'mod li jirrendul-konvivenza insopportabbli u jkun hemm sevizzi meta l-agir joffendi l-persuna li kontra taghha jkundirett b'mod li jiggenera fiha dulur, ezacerbazzjoni u avversjoni profonda kontra l-konjugi li jkunhati tieghu.

L-kura tat-tfal komuni tal-mizzewgin, hija regolata mill-principju tal-aqwa utilita' u l-akbar vantagg ghall-interess ta' l-istess tfal li c-cirkustanzi tal-kaz u l-koefficjenti tal-fatti partikulari tal-mument ikunu jissuggerixxu; Illi, in konsegwenza, ir-regola sovrana fuq enuncjata ghandha tipprevali dwar il-kustodja u l-edukazzjoni tat-tfal komuni tal-mizzewgin, sew meta l-konjugi jisseparaw ruhhom gudizzjarjament, sew meta jigu biex jisseparaw konsenswalment.

Apparti l-hsieb ta' ordni morali u dak ta' ordni legali, li ghandhom setgha fil-materja ta' kura u kustodja tat-tfal in generali, il-principju dominanti 'in subjecta materia', li jiddetermina normalmentu generalment il-kwistjonijiet bhal din insorta f'din il-kawza, huwa dak ta' l-aktar utilita' u dakta' l-aqwa vantagg u nteress ta' l-istess minuri fl-isfond tac-cirkostanzi personali u 'de facto' li jkunu jirrizultaw mill-provi tal-kaz li jrid jigi rizolut".

Ghalkemm il-parti umanitarja ghandha certament l-importanza taghha fir-relazzjoni tal-persuni li jkunu taw il-hajja lill-istess minuri, eppure l-istess ma ghandhiex tipprevali fuq l-interess u vantagg dirett tal-istess tfal; bhalma ghandhiex ikollha fil-hajja ta' kuljum - kif l-esperjenza tghallem - prevalenza l-affezzjoni jewl-attakkament lejn persuna, anki jekk dettat minn natura, fuq id-dover impost mir-raguni fl-azzjonijiet tal-bniedem tant bhala membru tal-familja, kemm bhala membru tal-komunita` li lilha jkun jappartjeni. Meta l-ghajn tar-raguni, f'xelta ta' l-azzjoni li bniedem jkun irid ta' bilfors jaghzel li jaghmel, turi dover, impellenti versu certa linea ta' kondotta, ghalkemm dik l-ghazla tkun timporta azzjoni drastika fil-kamp umanitarju, eppure dik il-hruxija ma tkunx hlief apparentement tali; in kwantokke li bilanci tal-mohh id-dover, li jeleva l-bniedem, u mhux ibaxxieh, ikun ghaleb kwalunkwe konsiderazzjoni ohra li di fronti ghalieh (dover) tkun anqas tajba u anqas dinjituza".

L-obbligi ta' manteniment tal-konjugi huma regolati bl-artikolu 3 tal-Kap 16 li jipprovdi li :-

Il-partijiet fiz-zwieg ghandhom l-obbligu, kull wahda minnhom skond il-mezzi u l-hila taghhom, li jahdmu kemm fid-dar kif ukoll barra mid-dar kif jinhtiegu l-interessi tal-familja, li jmantnu lil xulxin u jikkontribwixxu ghall-htigijiet tal-familja"

Skond l-artikolu 3B tal-Kap 16 hemm stipulat illi:

"Iz-zwieg jimponi fuq il-mizzewgin l-obbligu li jiehdu hsieb, imantnu, jghallmu u jedukaw lilulied li jigu miz-zwieg skond il-hila, xehtiet naturali u aspirazzjonijiet ta' l-ulied."

Skond l-artikolu 7 (1) ta' l-istess Kap 16 jinghad li:-

"Il-genituri ghandhom l-obbligu li jiehdu hsieb, imantnu, jghallmu u jedukaw lil uliedhom bil-mod stabbilit fl-artikolu 3 B ta' dan il-Kodici."

Ghalhekk abbazi tal-premess, jirrizulta mid-dispozizzjonijiet tal-ligi, li l-genituri ghandhom l-istess obbligi verso l-ulied taghhom, u ghalhekk it-tnejn li huma ghandhom jikkontribwixxu ghat-trobbija ta' l-istess, aktar u aktar meta llum il-mizzewgin huma f'pozizzjoni ta' ugwaljanza u ghandhom l-istess drittijiet u allura, anke skond l-artikolu 2 tal-Kap 16 "jerfghu r-responsabilitajiet indaqs matul iz-zwieg taghhom."

Certament li l-obbligi mnizzla miz-zwieg, isofru mutamentfil-kors ta' separazzjoni bejn il-partijiet, anke fil-kazijiet ta' pendente lite, pero' l-obbligu taz-zewg genituri lejn l-ulied jibqa' bazikament l-istess dettat kull wiehed skond il-mezzi tieghu, ikkalkulati skond id-dispozizzjonijiet ta' l-artikolu 20 ta' l-istess Kap, u l-bzonnijiet ta' l-istessminuri, u fl-interess ta' l-istess minuri.

Illi huwa ovvju li kif ghandha tkun tali kontribuzzjoni minn kull wiehed mill-genituri, tvarja minn kaz ghal kaz, u hafna jiddependi fuq il-mezzi rispettivi u l-bzonnijiet ta' l-istess minuri, pero' xorta jibqghu veljanti u skjetti l-principji li jirregolaw l-istess dmirijiet u obbligazzjonijiet tal-genituri verso l-istess ulied, specjalment ghall-manteniment ta' l-istess fit-termini preskritti fl-artikolu 19 (1) u (2) u l-artikolu 20 tal-Kap 16, li ghalhekk jinkludu kontribuzzjoni ghall-ikel, ilbies, sahha u abitazzjoni u spejjez mehtiega ghall-istess sahha u ghall-edukazzjoni taghhom u skond il-bilanc bejn il-bzonn u l-mezzi, kkalkulati aitermini tas-sub-artikoli ta' l-istess artikolu 20. Illi dan apparti l-obbligi tal-kontendenti li jmantnu lil xulxin skond id-dettami tal-ligi, u skond il-kalkoli hemm indikati.

Il-fatt li l-mara ma tahdimx ma jfissirx li din ma ghandhiex il-potenzjal li tahdem u tiggenera introjtu". Inghad ukoll f'din l-istess sentenza illi "t-tibdil legislattiv filwaqt li rrikonoxxa l-avvanz tal-mara gabmieghu wkoll responsabilitajiet fuq il-mara mizzewga ferm aktar milli kellha qabel. Dawn ir-responsabilitajiet huma riflessi wkoll anke fejn jirrigwarda l-manteniment. Li jfisser li hi wkoll trid terfa' bhal zewgha r-responsabilita` ghal dak li jirrigwarda l-manteniment tal-familja". (Ara decizjoni fl-ismijiet.

Dan hu hekk in principju, pero' jista` jkun li jkun hemm kazijiet fejn minhabba c-cirkostanzi tal-kaz, il-genitur li jkun afdat bil-kura u l-kustodja tal-minuri ma jkunx jista` jahdem u dan minhabba li jkun irid jippresta l-attenzjoni u l-kura tieghu ghat-trobbija ta' l-imsemmiminuri. Illi ghalhekk jekk tezisti raguni sufficcjenti bhal din hawn appena imsemmija, jista` jkunilli parti fiz-zwieg ikollha thallas il-manteniment lill-parti l-ohra ghal tul ta' zmien.

L-obbligu ghall-manteniment tal-minuri m'huwiex marbut bl-ebda mod mal-impjieg jew mal-introjtu tal-missier izda huwa obbligu assolut.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info