Reference: 1677/1995/1

Judgement Details


Date
02/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
CAUCHI ANTOINETTE vs CAUCHI ALEXANDER
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
SEPARAZZJONI PERSONALI, ABBANDUN - SEPARAZZJONI PERSONALI, ADULTERJU - SEPARAZZJONI PERSONALI, INGURJA GRAVI - SEPARAZZJONI PERSONALI, MOHQRIJA - SEPARAZZJONI PERSONALI, SEVIZI - SEPARAZZJONI PERSONALI, THEDDID
Summary
Il-ligi tqieghed bhala motivi li jiggustifikaw l-azzjoni ta' separazzjoni l-episodji saljenti tal-hajja konjugali u mhux incidenti minuri;

Sabiex tkun tista' tigi proposta talba ghas-separazzjoni mhux mehtieg li jikkonkorru l-eccessi, is-sevizji, il-minaccji u l-ingurji gravi imma kull wahdaminn dawn il-kawzi tista` tibbasta sabiex tivvjola profondament ir-rigwardi tal-hajja konjugali.

Biex is-sevizzi, minacci, u ingurji gravi jaghtu lok ghas-separazzjoni personali, hemm bzonn generalment li huma jkunu abitwali, jew almenu ripetuti, b'mod li jirrendu mpossibbli l-konvivenza tal-konjugi.

Il-kelma eccessi tinkludi dawk l-atti ta' vjolenza li jipperikolaw il-hajja jew is-sahha ta' dik il-persuna kontra minn huma diretti. Il-vjolenza trid tkun wahda ta' natura gravi.

Jekk l-eccessi, specjalment meta jikkonsistu f`attentati li jikkompromettu l-istess ezistenza tal-vittma, jikkostitwixxu wahedhom minghajr ebda htiega ta` ebda indagni bazi ghas-separazzjoni.

Skond il-gurisprudenza Maltija eccessi jfissru atti mwettqa fuq il-parti l-ohra, liema atti jridujkunu ta' serjeta' kbira li niente di meno jridu jkunu ta' perikolu ghall-hajja tal-parti l-ohra.

Il-mohqrija tinkludi dawk l-atti ta' maltrattament, li minkejja li ma jipperikolawx il-hajja jew is-sahha ta' dak li jkun trendi l-hajja konjugali mpossibbli.

Il-ligi taht l-artikolu 40 tal-Kodici Civili, taghmel riferenza ghall-mohqrija izda mhux ghall-sevizzi, izda mill-gurisprudenzajidher illi l-kelma mohqrija u sevizzi jfissru l-istess haga.

Bil-kelma sevizji ai termini tal-Ligi wiehed jifhem atti abitwali ta` krudelta` li joffendu l-persuna jew l-animu ta` dak li lejh ikunu diretti sal-punt li jiggeneraw fih taqlib, ugiegh u avverzjoni lejn min ikun wettaq tali atti.

Certi fatti, kliem u modi ta' azzjoni jew atteggjamenti li jistghu jrendu l-hajja komuni nsopportabbli, huma ritenuti mid-dottrina bhala sevizzi.

It-theddid tinkludi kliem bil-miktub jew bil-fomm jew anke agir li jinghadu jew jsiru bl-ghan illi twegga' lill-parti l-ohra u biex trendilhom hajjithom mizerabbli u skuntenta.

Il-minacci jistghu jkunu verbali jew reali u materjali.Jekk dawn verbali jkunu l-effett tal-impetu u mhux rafforzati mill-intenzjoni li jkunu sussegwitimill-azzjoni, fil-kaz ta' nies ta' certu cetu socjali ma jawtorizzawx lill-Qorti taccettahom bhala raguni u motiv ta' firda personali ; imma jekk ikunu tali li jirrivestu azzjoni, u min jaghmilhom jidher li hu kapaci jikkunsahom, allura ndubbjament jiffurmaw motiv ta' separazzjoni.

L-OFFIZIGRAVI jinkludu kliem jew agir li joffendu l-unur u l-pudur ta' dak li jkun minkejja li dawn jirreferu ghall-affarijiet veru jew foloz.

Sabiex l-ingurji jkunu kawza ta` separazzjoni ghandhom ikunu gravi u mhux semplici tghajjir skambjat reciprokament mill-konjugi waqt il-glied.

Biex l-abbandun jikkostitwixxi motiv ta' separazzjoni personali hemm bzonn, apparti z-zmien, li jkun sar blakawza gusta L-apprezzament tac-cirkostanza "di fatto" li l-abbandun mid-dar ikun sar volontarjament(jigifieri bla kawza gusta), b'mod li jkun jista' jaghti lok ghas-separazzjoni personali ghall-htija ta' min jirrikorri ghalih, huwa mholli fil-kriterju tal-magistrat decidenti.

L-akkuza ta'adulterju hija akkuza serja hafna li maghha tista' ggib konsegwenzi serji taht il-ligi Civili Maltija.

Stante diffikulta' tal-prova ta' adulterju, dan jista' jigi ppruvat permezz ta' ndizji uprezunzjonijiet purche' ikunu gravi, precizi u konkordati b' mod li ma jhallu ebda dubju f' min ghandu jiggudika.

Ghall-prova tal-adulterju ma hemmx bzonn ta' testimonjanza "de visu", jew il-flagranza, bizzejjed il-konkors ta' cirkostanzi precizi, gravi u univoci, li jwasslu lill-gudikant ghall-konvinciment tal-fatt.

Ghalkemm huwa difficli hafna li wiehed igib prova definittiva illi sar l-adulterju, xorta wahda, u dana stante s-serjeta' tal-akkuza, minn qieghed jallega l-adulterju jrid jipprova dan permezz ta' "ndizji u prezunzjonijiet", izda dawn l-indizji u prezunzjonijiet iridu jkunu "precizi, gravi u konkordati" u "univoci" biex b'hekk ma jhallu ebda dubju f'min ghandu jiggudika.

Hawnhekk gie ritenut li ma kienx l-adulterju tal-attrici kien li farrak iz-zwieg. Iz-zwieg kien gja' tkisser irremedjabilment. L-esponenti ma tarax li ghandha titfa' l-htija tas-separazzjoni fuq l-adulterju tal-attrici.

Madanakollu, galadarba gie ppruvat illi l-attrici kellha relazzjoni extra-maritali, anke wara li effettivament l-konvivenza bejn il-partijiet kienet spiccat ghar-ragunijiet imputabbli principalment lill-konvenut tant li dan sar wara li ghal diversi snin il-partijiet kienu separati de facto, u li minn din ir-relazzjoni extra-maritali hija kellha tarbija,ma ghandhiex tibqa' tibbenefika mill-manteniment li hija kienet qeghda tippercepixxi minghand zewgha l-konvenut u ghalhekk qed jigi applikat fil-konfront taghha dak previst fl-artikolu 48 (1) (d) tal-Kap 16.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info