Reference: 98/2002/1

Judgement Details


Date
02/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
GREENGRASS HUGH vs GREENGRASS LUCIA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SEPARAZZJONI PERSONALI, ABBANDUN - SEPARAZZJONI PERSONALI, ADULTERJU - SEPARAZZJONI PERSONALI, INGURJA GRAVI - SEPARAZZJONI PERSONALI, KONSEGWENZI GHAL MIN JAGHTI LOK GHALL-FIRDA - SEPARAZZJONI PERSONALI, THEDDID
Summary
Biex jikkostitwixxi motiv ta' separazzjoni, l-abbandun irid ikun ingust fiz-zmien tieghu kollu ta' sentejn, u jekk l-abbandun fil-fatt ma jikkostitwix l-abbandun li trid il-ligi bhala motiv ta' separazzjoni, lanqas ma jista' jigi inkwadrat fil-figura ingurja gravi, ghax b'dan il-mod ikun qieghed jitqies bhala motiv ta' separazzjoni minghajr ir-rekwizit zmien li l-ligi tirrikjedi ghall-abbandun.

L--artikolu 38 tal-Kapitolu 16 tal-Ligijiet ta' Malta jghid illi Kull parti mizzewga tista' titlob il-firda minhabba l-adulterju tal-parti l-ohra. L-adulterju "hija bla dubju l-kawza l-izjed gravi li ghaliha l-ligi tawtorizza s-separazzjoni personali; izda, stante d-diffikulta' tal-prova, kifturi l-assenza ta' dispozizzjoni legislattiva li tillimita dina l-prova, huwa ormai pacifiku fid-dottrina u fil-gurisprudenza li l-adulterju jista' jkun pruvat permezz ta' indizji u prezunzjonijiet, purche' dawn ikunu gravi, precizi u konkordanti, b'mod li ma jhallu ebda dubju f'min ghandu jiggudika.

Huwa assodat fil-gurisprudenza ta' dawn il-Qrati illi meta wiehed mill-konjugi jakkuza, jallega, jew jaddebita relazzjonijiet extra-maritali, una volta imbaghad dawn ma jigux provati lanqas permezz ta' xi indizji precizi u konkordanti, dan jikkostitwixxi ingurja gravi, li anke wahedha taghti lok ghas-separazzjoni.

Ghal dak li jirrigwarda theddid u vjolenzi l-ligi tikkontenta ruhhabil-persistenza f'certa mgieba hazina u mhux b'xi atti izolati waqt xi tilwima.

Sabiex tigipromossa t-talba ghas-separazzjoni mhux mehtieg kumulu ta` kawzali, kull wahda mill kawzali ta sevizji, it-theddid u l-ingurji gravi hija sufficjenti sabiex jigu vjolati r-rigwardi tal-konvivenza konjugali.

L-artikolu 51 tal-Kodici Civili jiddisponi li:-

"Il-firda li ssir minhabba xiwahda mir-ragunijiet imsemmijin fl-artikolu 40, tista' jkollha l-effetti msemmijin fl-artikolu 48, meta l-Qorti jidhrilha li, taht ic-cirkostanzi tal-kaz, ghandhom jghoddu, f'kollox jew f'bicca, id-dispozizzjonijiet ta' dak l-artikolu."

L-effetti kontemplati mill-artikolu fuq citat ghandhom japplikaw biss f'kaz fejn iz-zwieg ikun tfarrak bi htija preponderanti ta' xi hadd mill-mizzewgin.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info