Referenza: 128/2003

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/09/2003
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
GALEA DEBONO JOSEPH
Partijiet
IL-PULIZIJA vs ZAMMIT EDWARD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOMPARIXXI, INDIKAZZJONI ZBALJATA TA` L-ISEM TA` L-IMPUTAT
Fil-Qosor
Hu minnu li dejjem gie ritenut li l-komparixxi fil-proceduri sommarji hi biss "avviso a comparire" uli ma hemmx ghalfejn ikollha d-dettalji kollha precizi, izda skond l-artikolu 360 (2) tal-Kodici Kriminali, c-citazzjoni ghandha "inter alia" "ssemmi car il-persuna mharrka" u dan ifisser li l-isem tal-imputat ma ghandux ikun indikat b'mod approssimattiv jew impreciz jew addirittura skorrett u metajigri dan, u l-Prosekuzzjoni tintebah bl-izball, ghandha titlob id-debita korrezzjoni w l-Qorti nvarjabbilment takkolji din it-talba, b' dana li l-akkuzat dejjem ikollu dritt li jitlob differiment uli jerga jigi notifikat mill-gdid bic-citazzjoni kif korretta.

Il-fatt li sentenza tkun inghatat fil-konfront ta' persuna li m'ghandix l-isem korrett u preciz tal-imputat ma jgibx ghan-nullita' tas-sentenza appellata "ut sic", imma jista' jwassal biss ghall-dikjarazzjoni ta' din il-Qorti lis-sentenza appellata mhux esegwibbli kontra l-imputat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni