Reference: 193/1994/1

Judgement Details


Date
04/07/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCICLUNA DAVID
Parties
CAMILLERI MAURICE ET NOE vs FRENDO FREDERICK NOE ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
GURISDIZZJONI, SOCJETA` KUMMERCJALI REGISTRATA MALTA - SOCJETA` KUMMERCJALI, XOLJIMENT META JKUN HEMM RAGUNIJIET GRAVI BIZZEJJED
Summary
Il-Qrati ta' Malta ghandhom ikunu kompetenti sabiex jiehdu konjizzjoni ta' kawzi istitwiti kontra kwalsiasi socjeta` illi tkun registrata f Malta, ghaliex is-semplici fatt tar-registrazzjoni ta' socjeta` (li wara kollox hija persuna legali, b'personalita` ghal kollox separata u distinta minn dik tal-azzjonisti taghha) fil-pajjiz iggib maghha ipso facto 1-konsegwenza logika u legali fis-sens illi mhux talli tali socjeta` tkun soggetta ghal-ligijiet ta' dak il-pajjiz, izda talli wkoll tali socjeta` tkun soggetta ghall-gurisdizzjonj tal-Qrati ta' dak il-pajjiz.

Altrimenti tigi kkrejata sitwazzjoni ghal kollox assurda fejn ghalkemm socjeta` tkun soggetta ghal-ligijiet tal-pajjiz, tali ligijiet ma jkunux jistghu jigu enforzati fil-konfront ta' tali socjeta` mill-Qrati tal-istess pajjiz.Zgur illi l-Qrati ma humiex hemm biex jaghtu interpretazzjonijiet assurdi ghal-ligijiet, anzi ghall-kuntrarju huwa d-dover tal-Qrati illi jinterpretaw il-ligijiet b'mod illi l-istess ligijiet ikunu jistghu jaghmlu sens u sahansitra b'mod illi tali ligijiet ikunu jistghu jigu applikati.

Di piu` hemm disposizzjonijiet ad hoc fil-ligi procedurali taghna illi jikkontemplaw specifikament il-kazta' meta socjeta` registrata f Malta ma jkollhiex id-diretturi taghha residenti fil-pajjiz, liema disposizzjonijiet jipprovdu ghall-hatra ta' kuraturi sabiex jirrapresentaw tali socjeta` fil-procedurikoncernati - proprju bhal ma gara fil-kawza odirna.

Hekk ai termini tal-Artikolu 929 tal-Kodici tal-Organizzazzjoni u Procedura Civili [Kapitolu 12 tal-Ligijiet ta' Malta]

". il-qorti tista' wkoll tahtar kuraturi biex jidhru u jiddefendu fil-qrati superjuri jew fil-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) fil-kompetenza taghha superjuri -

(d) fl-interess ta' kull socjeta` kummercjali registrata jew stabbilita taht 1-Ordinanza dwar Socjetajiet Kummercjali jew kull ligi ohra 1i tissostitwixxi l-istess Ordinanza ... jekk il-persuna jew il-persuni li jkunu moghtija r-rappresentanza tassocjeta` jkunu assenti minn Malta jew jekk ebda persuna jew persuni kif imsemmija, jew bizzejjed persuni ma jkunu moghtija dik ir-rappresentanza."

Il-Qrati ta' Malta ghandhom gurisdizzjoni sabiex jiehdu konjizzjoni ta' kawza maghmula fil-konfront ta' direttur barrani ta' socjeta` Maltija, inkonnessjoni mal-kariga tieghu bhala direttur tal-istess socjeta`, u dana ghas-semplici fatt illi s-socjeta` koncernata kienet registrata f Malta.

Il-paragrafu (g) ta' l-artikolu 150 tal-Kap 168 [Ordinanza dwar Socjetajiet Kummercjali] jghid testwalment:

"150. Kumpannija xxolji -
..

(g) jekk, fil-fehma tal-qorti, ikun hemm ragunijiet gravi bizzejjed li jiggustifikaw ix-xoljiment".

Is-sinifikat ta' dan l-artikolu huwa car u jhalli diskrezzjoni wiesa' f'idejn il-Qorti biex tiddetermina jekk jezistux cirkostanzi li jistghu jitqiesu "gravi bizzejjed" biex iwasluha litiddeciedi favur ix-xoljiment ta' kumpanija. X'jikkostitwixxi "ragunijiet gravi" l-ligi ma tghidilniex, u ghalhekk dan irid jigi determinat mill-Qorti a bazi ta' l-apprezzament li hi taghmel tal-fatti kollha tal-kaz.

Meta l-kumpannija ma tistax aktar twettaq l-attivita` jew attivitajiet li ghalih hi kienet giet inkorporata, kull wiehed mill-azzjonisti jista' jipprocedi ghax-xoljiment fuq il-bazi li jkunu jezistu ragunijiet bizzejjed. Mhux mehtieg li l-kumpannija ma tkunx tista' twettaq attivita` ai termini tal-objects clause fil-memorandum. Fejn, per ezempju kumpannija tkun bieghet in-negozju taghha jew nezghet mill-assi principali taghha, anki jekk il-maggoranza jkunu jridu jzommu l-kumpannija ghaddejja, azzjonista dissenzjenti jista' jkun intitolat li jitlob ix-xoljiment.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info