Reference: 1672/2001/1

Judgement Details


Date
03/07/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
SCERRI JOSEPH vs FENECH ANNA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
KONTRO-TALBA, ELEMENTI TA` - KONTRO-TALBA, KONNESSJONI MEHTIEGA BEJN IT-TALBA EWLENIJA U DIK RIKONVENZJONALI
Summary
Il-ligi trid li biex talba rikonvenzjonali tista' ssir f'kawza, din irid ikollha rabta mat-talba attrici, jew ghaliex (a) tkun gejja mill-istess fatt, kuntratt jew titolu li minnu tkun gejja t-talba tal-attur, jew (b) ghaliex l-imharrek ikollu l-hsieb li bil-kontro-talba tieghu jpaci jew igib fix-xejn l-azzjoni tal-attur jew izomm l-effetti taghha.

Il-fatt li ghan ta' parti mharrka jkun liggib fix-xejn azzjoni mressqa kontriha ma jirrendix gustifikat invarjabbilment it-tressiq ta' att gudizzjarju fl-ghamla ta' rikonvenzjoni. L-istess ghan jintlahaq b'Nota tal-Eccezzjonijiet. Ma kienqatt il-hsieb tal-legislatur li jirrendi l-azzjoni rikonvenzjonali bhala strument ordinarju li bih kull kawza tfaqqas fi tnejn. Kemm hu hekk, ir-rikonvenzjoni hija rimedju straordinarju procedurali li ghandu hsieb u ghan specifiku, u kemm hu hekk hija wahda minn dawk il-proceduri li l-Kodici isejjah "specjali". Dan jinghad ukoll minkejja li l-jedd li titressaq talba rikonvenzjonali huwa moghti lill-imharrek minghajr limitu dwar l-ghamla ta' azzjoni li fiha tista' ssir;

It-tieni bazi ghar-rikonvenzjoni kontenuta fl-Artikolu 396(b) tal-Kap. 12 ossia meta ssir rikonvenzjoni "ghaliex l-imharrek ikollu l-hsieb li bil-kontro-talba tieghu jpaci jew igib fix-xejn l-azzjoni tal-attur jew izomm l-effetti taghha" ma tistax jigi sewwa mfissra jekk mhux fid-dawl tal-kliem ewlieni ta' dak l-artikolu, u precizament mal-htiega li bejn talba u kontro-talba jrid ikun hemm konnessjoni u li tali konnessjoni trid tinstab bejn l-istess partijiet.

Dwar it-tifsir tal-konnessjoni mehtiega mal-azzjoni attrici biex tista' triegi l-kontro-talba, wiehed irid izomm quddiem ghajnejh ukoll li fl-istitut tar-rikonvenzjoni, l-azzjoni u l-azzjoni rikonvenzjonali jitqiesu bhala zewg azzjonijiet li kapaci joqoghdu wahedhom f'ezistenza indipendenti u awtonoma. Kemm hu hekk, l-artikolu 401 tal-Kodici jseddaq din l-awtonomija. Ghalhekk, b' "konnessjoni" wiehed certament ma jifhimx li l-kontro-talba tkun dipendenti fuq it-talba jew in-natura taghha. Izda l-elementi li trid il-ligi jridu jkunu murija sewwa biex il-kontro-talba tista' titressaq kif imiss.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info