Reference: 66/1995/1

Judgement Details


Date
27/03/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
STAINES PATRICK NOE vs TABONE PAUL NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
CITAZZJONI, NULLITA` TA` - CITAZZJONI, TIFSIRA CARA U SEWWA TAL-OGGETT U R-RAGUNI TAT-TALBA - DANNI, PRESKRIZZJONI FIL-KAZ TA` DANNI KONTRATTWALI
Summary
Il-ligi ma tirrikjediex kliem partikolari ghal kif ghandha ssir ic-citazzjoni, bizzejjed jiftiehem xi jkun qieghed jitlob l-attur, b'mod li l-kawzali tista' tkun espressa lakonikament, u sahansitra tista' tkun anke ridotta mid-domanda.

L-Artikolu 156(1) tal-Kap. 12 jipprovdi li l-oggett u r-raguni tat-talba gudizzjarja ghandhom ikunu mfissra car u sewwa fic-citazzjoni. Dan ma jfissirx pero` li kwalunkwe nuqqas da parte ta' l-attur ghandu mill-ewwel jigi mehud fis-sens li qed imur kontradan id-dispost u ghalhekk igib mieghu n-nullita` tac-citazzjoni. Infatti biex citazzjoni tigi mwaqqfa jrid ikun hemm raguni gravi, u fost kollox, ghandu jigi ezaminat jekk ic-citazzjoni tkunx defugenti jew zbaljata b'mod li l-konvenut ikun jista' jigi pregudikat fid-difiza tieghu. Dan apparti li c-citazzjoni ghandha tigi ezaminata fit-totalita` taghha u mhux spezzettata.

Meta f'citazzjonitezisti vjolazzjoni tal-forma ghax ma jkunx fiha tifsir car u sewwa tal-oggett u r-raguni tat-talba, l-eccezzjoni tan-nullita` tac-citazzjoni tista' tigi milqugha biss kemm-il darba dik il-vjolazzjoni tkun giebet lill-parti li titlob in-nullita` pregudizzju illi ma jistax jissewwa xort' ohra hliefbilli l-att jigi annullat.

F'dawn il-kazijiet huwa dejjem opportun li l-Qorti kemm jista' jkun, ghall-pratticita` u biex tigi evitata multiplikazzjoni ta' kawzi u spejjez zejda, ghandha tkun pjuttost iebsa fl-akkoljiment tal-eccezzjoni tan-nullita` u kemm jista' jkun issalva atti gudizzjarji,u att ta' citazzjoni ghandu jigi mwaqqa' u annullat biss ghal ragunijiet gravi: in-nullita` ta' l-atti gudizzjarji hija sanzjoni estrema li l-ligi trid li tigi mposta biss meta n-nuqqas - formali jew sostanzjali - fl-att ma jistax assolutament jigi tollerat minghajr hsara ghal xi principju ta' gustizzja procedurali.

Il-formalizmu ezagerat ilu hafna li gie mnaqqas u limitat u bir-ragun il-ligi qeghda tkun aktar inklinata li tkompli tillimita l-formalizmu u n-nullitajiet ta' diversi foromli jnutruh u konsegwentement l-atti ghandhom jigu salvati anziche` annullati jew dikjarati nulli.

L-azzjoni ghal danni hija kolpita bil-preskrizzjoni ta' sentejn meta d-danni huma derivanti minn kwazi-delitt, jigifieri fil-kaz ta' kolpa akwiljana u mhux ukoll fil-kaz ta' kolpa kontrattwali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info