Referenza: 2568/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/02/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
BRINCAT SEBASTIAN NOE ET vs MIFSUD ANTONIO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
CESSJONI TA` KAWZA - CESSJONI TA` KAWZA, HLAS TA` SPEJJEZ RELATTIVI - KUNTRATT, KONDIZZJONI RIZOLUTTIVA ESPRESSA - KUNTRATT, KONDIZZJONI RIZOLUTTIVA TACITA - KUNTRATT, XOLJIMENT IPSO IURE
Fil-Qosor
Skond il-Kap. 12 tal-Ligijiet ta` Malta, ir-rinunzja ggib l-istess effetti ta' dezerzjoni. Il-partili tirrinunzja ghall-atti ghandha thallas l-ispejjez tal-kawza u hija ma tistax tibda kawza ohra ghall-istess haga qabel fil-fatt ma tkun hallset l-ispejjez tal-parti l-ohra.

Kull wahda mill-partijiet tista', b'nota ffirmata minnha jew mill-avukat taghha, f'kull waqt tal-kawza sas-sentenza definittiva, tirrinunzja ghall-atti illi hija tkun ipprezentat.

Jidher car li, r-rinunzja tirreferi ghal xi att li jaghmel l-attur fil-kawza, b'mod li jgib it-terminazzjoni tal-pendenza quddiem il-Qorti li jkun originarjament ressaq huwa stess, u zgur li dan jirreferi ghall-atti ta' cessjoni ta' kawza. Minn dan isegwi logikament li dan il-provediment ma japplikax ghal meta kawza tigi deciza, u dan stante li hija d-decizzjoni tal-Qorti li tiddetermina min ihallas l-ispejjez tal-kawza u l-konvenuti jistghu jinforzaw l-istess permezz tal-mandati esekuttivi normali.

Meta l-kondizzjoni risoluttiva, sew dik maghmula espressament kemm dik li titqies bhala maghmula tacitament, tkun ghall-kaz li fih wahda mill-partijiet tonqos mill-obbligazzjonijet taghha, il-parti li lejha l-obbligazzjoni ma tkunx giet esegwita, tista' taghzel, jekk il-kondizzjoni ssehh, jew li titlob il-hall tal-kuntratt, jew li ggieghel lill-parti l-ohra tesegwixxi l-obbligazzjoni, meta dan ikun possibbli (artikolu 1069). Izda, hemm differenza sostanzjali, fl-applikazzjoni taghha, bejn il-wahda u l-ohra. Infatti, jekk il-kondizzjoni risoluttiva hija espressa fil-kuntratt, dan il-kuntratt meta l-kondizzjonissehh, jinhall 'ipso iure', u l-Qorti ma tista' taghti ebda zmien lill-konvenut biex jesegwixxi l-obbligazzjoni (artikolu 1067). Jekk il-kondizzjoni risolutiva hija tacita, il-kuntratt ma jinhallax 'ipso iure', u l-Qorti tista' skond ic-cirkostanzi, taghti zmien xieraq lill-konvenut biex jesegwixxil-obbligazzjoni tieghu (artikolu 1068). Madankollu, fil-kuntratti kummercjali anki l-kundizzjoni risoluttiva tacita ggib ghall-hall 'ipso iure' tal-kuntratt (artikolu 117 Kap 13) hlief (u din l-eccezzjoni ghar-regola giet introdotta bl-Att XXII tal-1976) fil-kaz ta' kuntratti ta' kiri ta' propjeta'immobbli jew ghall-kuntratti ta' enfitewsi jew ghall-kuntratti li l-hall taghhom, fil-kaz ta' nuqqas ta' wahda mill-partijiet milli thares l-obbligi taghha, ikun irregolat b'ligi b'mod specjali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni