Reference: 1663/1999/1

Judgement Details


Date
22/02/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
PLASTICHEM LIMITED vs RENOVA COMPANY LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO SPOLII, ELEMENTI TA` - ACTIO SPOLII, PUSSESS ESKLUSSIV MHUX MEHTIEG
Summary
Illi skond l-istess artikoli tal-ligi u a bazi tal-gurisprudenza nostrana, huwa risaput li t-tlett rekwisiti tal-actio spolii huma (i) possedesse; (ii) spoliatum fuisse; (iii) infra bimestre deduxisse.

L-attur irid jipprova li fil-mument ta' l-ispoll, huwa kien fil-pussess tal-oggett spoljat,izda tali pussess ma hemmx bzonn li jkun pussess b' titolu ta' proprjeta' jew servitu', izda anke purament materjali jew di fatto, izda mhux ta' mera tolleranza.

L-istess pussess ma ghandux ikun ekwivoku u jrid ikun manifest pero pussess qasir hafna u sahansitra mumentarju huwa bizzejjed biex jawtorizza l-azzjoni ta' spoll; b' dan li l-pussess ma kellux ikun ekwivoku u kellu jkun manifest.

L-univocita` ta' tali pussess jew detenzjoni in fatti jehtieg li tirrizulta cara mill-fattiu tkun tali li tosta ghall-intenzjoni spolljattiva tal-pussess stess.

L-attur allura ghandu qabel xejn jipprova l-element tal-pussess. Ghandu jipprova b' mod konklussiv li kellu 'un possesso difatto' u mhux pussess bazat fuq xi mera tolleranza li ma tkunx bizzejjed biex isservi ta' fondamentghall-akkwist tal-pussess mehtieg bhala bazi ta' din l-azzjoni.

Il-Qorti ghandha tezamina biss il-fatt tal-pussess jew tad-detenzjoni u l-fatt tal-ispoll.

Il-Ligi taghna fl-azzjoni ta'spoll ma tghatix lok ghall-ebda indagini ohra barra minn dik li tistabilixxi (a) il-fatt ta' pussess/detenzjoni u (b) il-fatt ta' spoll. Indagini limitatissima, rigoruza u skarna li ma tinsab f' ebdalegislazzjoni ohra, u ghalhekk, bir-rispett kollu ghal decizjonijiet li ppermettew indagnijiet bazati fuq x' jghidu u x' ma jghidux guristi u awturi Francizi u Taljani, huma ghal kollox irrelevanti winapplikabbli fil-kuntest tal-ordinament guridiku taghna.

Din l-azzjoni ta' spoll hija koncepita bhala azzjoni rapida u effikaci ghall-iskop li ma thalli lil hadd jiddisturba 'stat ta' fatt' arbitrarjament u hija intiza 'unikament biex igieghel lill-konvenut li jerga' jqieghed il-haga fl-istat li kienet qabel ma ddisturbaha u daqshekk biss" kif jghid bl-aktar mod car l-Artikolu 791 (1) tal-Kap 12 li sfortunatament jigi hafna drabi injorat.

Illi l-vjolenza mehtiega fl-ispoll hija biss dik li l-att ta' spoll ikun arbitrarju u kontra il-volonta' tal-pussessur b' mod li jista' jghati lok ghall-azzjoni ta' danni kontra min ikun ghamel dak l-att.

Tali artikoli fuq citati humata' ordni pubbliku u ghalhekk ma humiex ammessi eccezzjonijiet hlief eccezzjonijiet dilatorji.

Jinghad li la l-Ligi u lanqas il-gurisprudenza ma jaffermaw il-principju li biex wiehed jirnexxib' din l-azzjoni ta' spoll huwa ghandu jkollu pussess esklussiv. Anzi l-Qrati nostrali dejjem ippremettew li ko-possessur jagixxi b' din l-azzjoni kontra ko-possessur iehor li jikkometti spoll ghad-dannu tieghu u dan minhabba li l-azzjoni ta' spoll ghandha l-iskop li tipprotegi l-pussess u mhux il-pussess esklussiv.

L-azzjoni ta' spoll trid issir fi zmien xahrejn mid-data tal-kummissjoni tal-att spolljattiv. Meta tinghata l-eccezzjoni li l-azzjoni ta' spoll privileggjat ma saritx fiz-zmien preskritt mill-Ligi, il-prova ta' dan tinkommbi fuq l-eccippjenti ghaliex skond l-Artikolu 562 tal-Kap 12, l-obbligu tal-prova tal-fatt imiss dejjem lil min jallegah.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info