Reference: 142/1999/2

Judgement Details


Date
07/07/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
SCERRI DIACONO JOTHAM DR NOE vs BORG BONACI CARMELO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
INGUSTIZZJA PROCEDURALI - INGUSTIZZJA SOSTANZJALI - SENTENZA, NULLITA` TA`
Summary
L-Artikolu 790 tal-Kap. 12 jiddisponi li:

"Meta quddiem fi grad ta' appell tingieb 'il quddiem eccezzjoni tan-nullità tas-sentenza appellata, dik l-eccezzjoni ma ghandhiex tintlaqa' jekk is-sentenza tkun gusta fis-sustanza taghha, hlief jekk l-eccezzjoni tkun ibbazata fuq nuqqas ta' gurisdizzjoni jew fuq nuqqas ta' citazzjoni, jew fuq illegittimità ta' persuna jew fuq li s-sentenza ta' l-ewwel qorti hija extra petita jew ultra petita jew fuq kull difett iehor li jippregudika l-jedd ta' smigh xieraq."

Ghalhekk, in-nullita` ta' sentenza m'ghandhiex tigi attiza jekk is-sentenza tinsab sostanzjalment gusta.

In linea ta' principju generali, huwa dejjem tajjeb illi fejn tidholil-gustizzja, u kull rikjam li jsir ghaliha, wiehed ghandu, anke jekk minghajr cediment ghall-indulgenzi, jidneb fuq in-naha tal-generosita` mal-parti li thossha aggravata. Dan bl-animu tajjeb li kulhadd ikun verament sodisfatt illi l-gustizzja mhux biss issir imma issir ukoll manifestament. Naturalment dan il-principju jsib l-attwazzjoni tieghu fil-kaz meritevoli u mhux fis-sostenn tas-semplici kliem sabih jew l-astrattizmi. Naturalment, ukoll, il-bon sens jiddetta illi l-applikazzjoni tal-principju ghandu jigi adoperat safejn tassew jokkorri li jkun addottat u fejn tabilhaqq jinhass opportun li jinghata rimedju ghal xi irregolarita`. Ma huwiex ghalhekk konsentit li l-principju jigi allargat b'mod li jiskonfina l-parametri tar-ragjonevolezza, jew li jistultifika l-poter residwali vestit fil-Qorti biex tirrimedja ghas-sitwazzjoni ta' ingustizzja jew tal-vera vjolazzjoni tad-dritt fundamentali, b'talbiet jew allegazzjonijiet inawditi ta' xi nullita` kapriccjuza. Din il-Qorti mhiex lesta li taccetta kwalsiasi pretest biex jitwaqqghu s-sentenzi, jekk mhux ghal motivi verament graviu legalment akkordati.

Sabiex jirnexxi aggravju fis-sens li s-sentenza appellata kienet affetta minn nullita`, l-appellant jrid jipprova li hu gie privat milli jigi mismugh, u li sofra dik il-privazzjoni ingustament, jigifieri mhux bi htija lilu addebitata; ghaliex f'dan il-kaz tissubentra l-applikazzjoni tal-principju "qui culpa sua damnum sentit non videtur damnum sentire".

Hawnhekk l-ewwel Qorti kienet tat sentenza f'data li mill-atti tal-kawza ma kienx jirrizulta li kienet intiza ghal dak il-ghan. Il-konvenut appellant appella entro termine u b'hekk il-Qorti ta' l-Appell ma rravvizat ebda forma ta' pregudizzju fil-konfront tieghu. In oltre, is-sentenza appellata kienet sostanzjalment gusta u ghalhekk giet konfermata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info