Reference: 1284/2000/1

Judgement Details


Date
07/07/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ABDILLA MARYROSE ET vs MAGRI PETER ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, MEZZADRIA - LOKAZZJONI, MEZZADRIA - DURATA TA` - ZGUMBRAMENT, OKKUPAZZJONI TAHT TOLLERANZA
Summary
Il-mezzadria hija speci ta' lokazzjoni u ghalhekk ghandha tigi regolata mill-ligijiet governanti l-lokazzjoni. Fin-nuqqas ta' skrittura tali kuntratt ma jistax jestendi ruhu ghal aktar minn erba' snin.

Ftehim li bih persuna jkollha tikkoltiva fond rustiku u taqsam il-frott mal-koncedent li jkollu a kariku tieghu il-hlas tal-kera jikkostitwixxi kuntratt ta' "colonia parziaria".

Dottrinalment il-mezzadrija ghandha affinita` kbira mal-lokazzjoni eppure tippartecipa mill-kuntratt ta' socjeta`. Dan fis-sens li fih l-element tad-divizjoni tal-profitti bhas-socjeta.

Jibqa' l-fattilli ghalkemm huwa veru illi f'mezzadrija hemm hafna elementi tas-socjeta`li jimmodifikaw xi ftit in-natura taghha, izda, almenu skond il-legislatura taghna, ma jaslux biex ibiddlu n-natura prevalenti tal-kuntratt ta' lokazzjoni.

Ghalhekk kemm fil-ligi taghna kif ukoll fil-gurisprudenza il-mezzadrija huwa trattat fl-istitut tal-lokazzjoni, u ghalhekk regolat mid-disposizzjoniiet relattivighal-lokazzjoni.

L-Artikolu 1532 tal-Kodici Civili jahseb ghall-kaz fejn ma jkunx hemm ftehimespress jew cirkostanzi li jistghu juru x'kienet l-intenzjoni tal-partijiet dwar iz-zmien tal-kiri.Jipprovdi imbaghad illi fil-kaz ta' kiri ta' raba', jekk il-fond jaghti frottijiet jitqies li sarghaz-zmien mehtieg ghall-gabra tal-frottijiet ta' erba' annati. Biex iz-zmien ghall-aktar minn erba'snin jista' jitqies validu dan ried ikun inkorporat f'kitba. Dan, kif wara kollox, jinsab hekk espressament provvdut fl-Artikolu 1233 (1)(e) tal-Kodici Civili.

Ma jistax ikollok mezzadria meta mill-ftehim milhuq bejn il-partijiet jonqos l-element baziku, konfluwit fih, tal-kompartecipazzjoni tal-qligh jew perditi.

L-Artikolu 1589 tal-Kodici Civili jghid li "l-kiri ta' raba jinhallbil-mewt tal-gabillott meta jkun gie miftiehem bil-patt tal-qsim tal-frottijiet bejn sid il-kera u l-gabillott".

Il-precitat artikolu 1589 ma jeskludix kazijiet ohra ta' terminazzjoni imma bissjaghmel eccezzjoni ghall-principju generali enuncjat fl-Artikolu 1572 li l-kuntratt ta' kiri ma jinhallx bil-mewt ta' sid il-kera jew tal-kerrej.

Il-ligi specjali (Kap 199) ma tapplikax ghall-mezzadrija billi fih jinghad expressis fid-definizzjoni tal-kelma "kirja" illi din ma tinkludiex ftehim ta' kirja li bis-sahha tieghu l-prodott ghandu jinqasam bejn sid il-kera u l-kerrej, u ghalhekkil-mezzadrija baqghet regolata bid-disposizzjonijiet tal-Kodici Civili.

Min igawdi minn hagapermezz tat-tolleranza m'ghandu ebda titolu, hlief il-kunsens tas-sid li jkun jista' jigi ritirat minn mument ghall-iehor.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info