Reference: 108/1997/1

Judgement Details


Date
03/07/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
CAMILLERI GINO
Parties
BORG EMANUEL vs CASSAR JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
REVIZJONI TAD-DECIZJONI TAL-EWWEL QORTI - ZGUMBRAMENT
Summary
L-intimat appellant hass ruhu aggravat bl-imsemmija sentenza tal-Bord li Jirregola l-Kera tal-24 ta'April 2001. L-uniku aggravju tal-intimat appellant jikkonsisti filli, skont hu, l-Bord li Jirregolal-Kera ghamel apprezzament ghal kollox zbaljat tal-provi, liema provi, dejjem skont l-intimat appellant, juru illi l-fond in kwestjoni kien qed jigi wzat u li d-destinazzjoni tieghu ma nbidlitx.

Diversi drabi gie ribadit illi Qorti ta' revizjoni m'ghandhiex tiddisturba l-apprezzament tal-provi li tkun ghamlet l-Ewwel Qorti u dana sakemm ma jirrizultawx motivi tali li jgieghlu li jsir mill-gdid apprezzament tal-provi. Ma hemmx dubju li l-Ewwel Qorti kellha l-opportunita' li tisma' x-xhieda "viva voce" u zgur li kienet fl-ahjar posizzjoni li tivvaluta il-kredibilita' u l-affidabilita' taghhom.

Fil-kaz in esami ma jirrizulta ebda element tant gravi li jista' jgieghel li jkun hemm bdil fl-apprezzament tal-provi li ghamel l-Ewwel Bord. In effetti, jirrizulta li fis-sentenza appellata sar apprezzament ta' dak li qal l-intimat u dak li qalu x-xhieda prodotti mill-intimati AlfredCassar u Francis Suda u l-Bord gustament ghazel li ma jghatix hafna piz lil dawn id-deposizzjonijiet. Il-fatt li l-permessi jithallsu regolarment jista' jkun irrilevanti ghall-finijiet ta' din il-vertenza.

Din l-Onorabbli Qorti tal-Appell tiddeciedi billi tichad l-appell interpost mill-intimat appellant u tordna li it-terminu ta' xahar prefiss fis-sentenza appellata, ghall-finijiet tal-izgumbrament, jibda jiddekorri mill-konkluzzjoni tad-decizjoni ta' din l-Onorabbli Qorti tal-Appell.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info