Referenza: 2520/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/02/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
VISA INVESTMENTS LTD vs BLYE ENGINEERING CO LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
MANDAT KAWTELATORJU, DANNI - MANDAT KAWTELATORJU, PENALI - MANDAT KAWTELATORJU, REVOKA TA`
Fil-Qosor
Mandat kawtelatorju jista` jigi revokat fuq talba b'Rikors inter alia jekk jintwera li l-ammont mitlub ma jkunx prima facie gustifikat jew ikun eccessiv.

L-ezami li trid taghmel il-Qorti f'danil-kuntest huwa dak biss ta' prima facie, u dan ghaliex il-mertu kollu jigi nvestigat fil-kawza propja bejn il-partijiet.

Illi l-punti jekk hijiex is-socjeta' rikorrenti li ghandha thallas tal-istess, jekk tapplikax il-preskrizzjoni, u jekk tali materjal u/jew xoghol humiex tal-kwalita' pattwita jew sarux skond l-arti u s-sengha, jolqtu il-mertu tad-difiza tas-socjeta' rikorrenti fil-kawzapropja, u ghalhekk ghandhom jigu trattati u deciza propju fil-kawza nnifisha, u mhux fil-kuntest ta' rikors ghar-revoka ta` mandat kawtelatorju, ghaliex altrimenti wiehed necessarjament ikun irid jidhol fil-mertu tal-kawza stess, u dan immur oltre l-gudizzju prima facie li l-Qorti hija tenuta li taddotta.

Il-kriterji elenkati fil-Kap. 12 rigwardanti c-cirkostanzi li fihom persuna li tkun ottjeniet l-hrug ta` mandat kawtelatorju tista` tigi kkundannata thallas id-danni jew penali ma jistgux jigu estizi bhala kriterji dwar meta ghandu jigi revokat mandat kawtelatorju.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni