Reference: 2458/1997/1

Judgement Details


Date
01/02/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
LUNGARO JOSETTE vs LAURO JESMOND
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
ZWIEG, ELEMENTI ESSENZJALI - ZWIEG, NULLITA` MINHABBA DIFETT SERJU TA` DISKREZZJONI TA` GUDIZZJU - ZWIEG, NULLITA` MINHABBA ESKLUZJONI POSITTIVA TAZ-ZWIEG JEW TA` XI WIEHED MILL-ELEMENTI ESSENZJALI - ZWIEG, NULLITA` MINHABBA VJOLENZA MORALI, FIZIKA JEW BIZA`
Summary
Biex pressjoni indipendentement minn konsiderazzjonijiet ohra, tista` tinvalida l-kunsens matrimonjali, din il-pressjoni trid tammonta ghal vjolenza morali jew biza' esterna ta' natura irresistibli, cioe` trid tkun pressjoni li ddeterminat kompletament l-ghoti ta' dak il-kunsens.

Sabiex vjolenza morali twassal ghal effett li jinvalida trid tkun (i) ingusta, (ii) gravi, u (iii) determinanti.

Il-vjolenza morali trid tkun ta' natura tali li tkun invincibbli u ma taghti ebda possibilita` lil min ikun li jisfuggi minnha.

Illi l-biza` tista` tkun ukoll "reverenzjali" bhal per ezempju l-biza` lejn genitur jew superjur.

Hawnhekk l-attrici kienet issikkata hafna d-dar minn missierha. Kien ikun hemm diversi drabi fejn kien hemm glied mal-familja taghha. Pero` ma rrizulta li fl-ebda mument ma kienet imgieghla biex tizzewweg anzi rrizulta li specjalment fil-bidu tar-relazzjoni taghha missierha kien kontra tali relazzjoni. Ghalkemm hi xehdet li kienet tibza` hafna minn missierha pero` xehdet ukoll li nonostante li missierha kien kuntrarju hi xorta baqghet tiltaqa`mal-konvenut. Il-Qorti ikkonkludiet li tali sitwazzjoni familjari taghha ma tammontax ghall-vjolenza morali, fizika jew biza`.

Hemm difett serju ta' diskrezzjoni ta` gudizzju fuq il-hajja mizzewga meta jigi provat li wiehed mill-kontraenti kellu nuqqas ta` maturita` intellettwali u volittiva li huma necessarji sabiex jaghraf, in vista li dan ikun ser jintrabat b`mod irrevokabbli, id-drittijiet u d-dmirijiet essenzali taz-zwieg, ossia r-reza u l-accettazzjoni reciproka. Id-diskrezzjonital-gudizzju tirreferi ghal dak il-grad ta` maturita` ta` komprensjoni u ta` rieda tal-kontraenti litippermettilhom li jaghtu u jircievu lil xulxin, permezz ta` rabta guridika, f'komunjoni unika ta`hajja u mhabba. Din il-komunjoni hija indissolubilment fidila, ordinata ghall-gid tal-mizzewgin kifukoll ghall-prokreazzjoni u l-edukazzjoni tat-tfal.

L-elementi essenzjali taz-zwieg jikkonsistu fl-obbligazzjoni rigwardanti l-att konjugali jew unjoni karnali, bhala unjoni fizika u bazi ghall-prokreazzjoni; l-obbligazzjoni tal-komunjoni tal-hajja u mhabba bhala espressjoni tal-unjoni bejn ir-ragel u l-mara, gid reciproku, li huwa inseparabbli mill-kreazzjoni ta` ambjent siewi ghar-ricezzjoni u l-edukazzjoni tat-tfal; u l-obbligazzjoni li tircievi u trabbi tfal fil-kuntest ta` komunita`konjugali. Huwa imporanti li wiehed jiftakar li dawn l-obbligi essenzjali jridu jkunu reciproci, permanenti, kontinwi, eklussivi u irrevokabbli, b'hekk ikun hemm inkapacita` jekk wiehed mill-kontraenti jkun, minhabba kawza psikologika, inkapaci li jassumi dawn l-obbligi b'dawn il-karatteristici essenzjali.

L-eskluzjoni posittiva taz-zwieg innifsu jew ta` xi wiehed mill-elementi essenzjali ma ghandiex necessarjament tirrizulta biss minn xi haga espressa direttament izda setghet tigi espressa bl-imgieba ta' xi parti fil-perjodu immedjatament qabel u wara li jkun inkiseb l-istess kunsens.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info