Referenza: 1794/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
03/07/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
CARUANA JOSEPH ET vs POLIDANO JOHN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KUNTRATT, META L-KLIEM UZATI JKUNU CARI - KUNTRATT, META L-KLIEM UZATI MA JKUNUX CARI - KUNTRATT, REGOLI TA` INTERPRETAZZJONI - SERVITU`, KWALUNKWE DUBJU DWAR SUSSISTENZA GHANDU JMUR FAVUR IL-FOND SERVJENTI - SERVITU`, META SERVITU` KONVENZJONALI TISTIPULA L-WISA`MASSIMU TA` PASSAGG IZDA MHUX IL-MINIMU
Fil-Qosor
Meta f'kuntratt il-partijiet ma jkunux spjegaw ruhhom car, jew posterjarment ghall-kuntratt jintervjeni avveniment li jkollu bhala konsegwenza kwistjoni li ma tkunx giet preveduta u li hemm bzonn li tigi maqtugha, allura l-Qrati jkunu obbligati jinterpretaw il-konvenzjoni, u din ghandha tigi primarjament interpretata skond l-intenzjoni tal-partijiet li jkunu hadu parti fil-kuntratt u li tkun tidher car mill-kumpless tal-konvenzjonijiet.

Meta jigi stipulat il-wisa' massima ta' passagg minghajr ma jigi specifikat minimu il-minimu jrid jigi stabilit fuq il-bazi ta' dak li kellhom f'mohhhomil-partijiet.

L-artikolu 476 tal-Kodici Civili, imbaghad, jghid li "meta jkun hemm dubju dwar l-estensjoni tas-servitu', wiehed ghandu jinqeda biha fil-limiti ta' dak li hu mehtieg, billi jittiehdu b'qies id-destinazzjoni li l-fond dominanti kellu fiz-zmien li giet stabbilita s-servitu' u l-uzu konvenjenti ta' dak il-fond, bl-anqas hsara tal-fond serventi."

Is-servitujiet huma ta' piz fuq il-fond serventi, u l-gurisprudenza dejjem osservat li dawn iridu jigu interpretati b'mod lijikkagunaw l-anqas hsara lill-fond servjenti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni