Referenza: 2398/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/06/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
TONNA MARIO vs HOLLAND & HALLETT LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
NOTIFIKA, MODALITA` TAL-PROCEDURA TAL-AFFISSJONI U PUBBLIKAZZJONI - PROCEDURI CIVILI, APPLIKAZZJONI IMMEDJATA GHAL PROCEDURI PENDENTI - RITRATTAZZJONI, NUQQAS TA` NOTIFIKA TAC-CITAZZJONI - RITRATTAZZJONI, STADJI TA` - RITRATTAZZJONI, STADJU IN RESCINDENTE - RITRATTAZZJONI, STADJU IN RESCISSORIO
Fil-Qosor
Is-subinciz (b) ghall-Artikolu 811 tal-Kapitolu 12 jaghti d-dritt tas-smigh mill-gdid tal-kawza fejnjirrizulta li "c-citazzjoni ma tkunx giet innotifikata lill-parti telliefa, basta li din il-parti,ghad li ma tkunx giet innotifikata, ma tkunx dehret fis-smigh tal-kawza.";

Huwa pacifikamentakkolt f'gurisprudenza kostanti, "oggett ta' l-ewwel stadju - il rescindente - hu li tigi annullatas-sentenza bejn il-partijiet li tkun saret gudikat; skop tat-tieni stadju - il rescissorio - hu li terga' ssir it-trattazzjoni tal-kawza u tigi moghtija sentenza gdida";

Is-subinciz (3) ta' l-Artikolu 187 tal-Kapitolu 12 jipprovdi illi fejn id-dhul fil-lok fejn toqghod il-persuna notifikandali tinsab Malta ma jkunx jista' jsir jew il-lok tad-dar taghha ma jkunx maghruf, allura f'kaz bhaladan il-Qorti ghandha l-fakolta li tordna li n-notifika ssir:

I. "billi titwahhal kopja ta' l-att fil-post, fil-belt jew fid-distrett fejn soltu jitwahhlu l-atti ufficjali";
u "billi dik l-iskrittura jew att jinhargu fil-qosor fil-Gazzetta u f'gurnal ta' kuljum wiehed jew iktar minn wiehedskond kif il-qorti tiddeciedi";

Una volta l-Qorti taderixxi mat-talba konducenti ghan-notifika ta' l-att bl-affissjoni, imbaghad, jinkombi li l-formalita` shiha tad-dispost tal-ligi msemmi tigi segwita u ezegwita. Dan hu di rigore, tant li jiddistingwi t-test tal-ligi fl-istat attwali taghha minn dak li kien precedentement qabel l-emendi ntrodotti ghall-Kodici bl-Att XXIV ta' l-1995. Fejn qabel kellek l-ghazla bil-fatt tal-preposizzjoni "jew" illum l-uzu tal-konguntiv "u" elimina l-alternattiva u rrenda tassattiv kemm it-twahhil ta' l-att fil-post indikat kif ukoll il-pubblikazzjonita' estratt ta' l-att";

Il-ligijiet godda tal-procedura skond principji mhux kontestati jidhlu ghall-applikazzjoni immedjatament meta ma hemmx disposizzjoni kuntrarja.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni