Reference: 63/2002/1

Judgement Details


Date
03/07/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
LOMBARD BANK MALTA PLC vs IV'S CO LTD (GIA SANTA GROUP LIMITED) ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LEGITTIMU KONTRADITTUR, AZZJONI GHAL DEJN PARAFERNALI - MUTWU, DIFFERENZA BEJN OVERDRAFT U - MUTWU, KAPITALIZZAZZJONI TA` IMGHAX FUQ PERIJODI TA` INQAS MINN SENA - OVERDRAFT FACILITIES, DIFFERENZA BEJN MUTWU U - OVERDRAFT FACILITIES, KAPITALIZZAZZJONI TA` IMGHAX FUQ PERIJODI TA` INQAS MINN SENA - SOCJETA` KUMMERCJALI, BDIL FL-ISEM TA`
Summary
Il-bdil ta' l-isem ta' socjeta` kummercjali ma jbiddilx il-personalita` guridika taghha.

F'kaz ta' talba ghar-rifusjoni ta' dejn parafernali ta' persuna mizzewga, hu biss id-debitur li jehtieglu li jigi mharrek u l-konsorti mhux biss mhux mehtieg li tigi wkoll citata, izda teknikament m'ghandhiex tigi citata wkoll peress li la hi u lanqas il-komunjoni tal-akkwisti ma huma interessati direttament b'dak id-dejn.

L-artikolu li jiprojbixxi l-kalkolu ta' l-imghaxijiet komposti huwa l-artikolu 1142 tal-Kodici Civili li jimponi c-cirkustanzi ta' kif u meta kreditur jista' jitlob l-imghax fuq l-imghaxijiet maghluqa. Dan l-artikolu jrid jinqara mat-tlieta precedenti li flimkien jirregolaw id-danni dovuti meta jkun hemm ksur ta' obbligazzjoni li jkollha bhala oggett "il-hlas ta' sommadeterminata" (art. 1139 Kodici Civili). Dawn l-artikoli qed jitkellmu allura fuq obbligazzjoni ta' mutwu, u mhux fuq obbligazzjoni naxxenti minn kuntratt ta' "overdraft". Kuntratt ta' "overdraft" ma jittrattax obbligazzjoni ta' "somma determinata".

Kuntratt li bih Bank jikkoncedi facilita` lill-klijent mhiex titolu ezekuttiv, izda jehtieg dejjem li jkun hemm sentenza li tikkanonizza l-kreditu qabel ma' l-Bank ikun jista' jiehu proceduri ezekuttivi fir-rigward.

Is-sistema adoperatamill-Bank li f'kaz ta' konti kurrenti (overdrafts), izidu l-imghax kull sitt xhur fuq il-bilanc, giet accettata mill-Qorti taghna bhala valida u legali f'diversi sentenzi.

Din il-koncessjoni tibqa' topera pero', f'kaz li jibqa jopera l-overdraft facility, ghax meta l-kont kurrent jigi terminat, l-imghax irid jigi kalkolat bis-sistema normali stabbilit fil-Kodici Civili.

Dan isehh ghax darba li l-facilita' tigi terminata, is-somma dovuta tigi determinata, u bhal obbligazzjoni li ghandha bhala oggett taghha il-hlas ta' somma determinata, ma jistax jintalghab imghax fuq imghax jekkmhux kif kontemplat fl-artikolu 1142 tal-Kodici Civili.

Mhux l-istess jista' jinghad ghall-kaz ta' loan account, u dana peress li l-artikolu 1142 tal-Kodici Civili li japplika ghal kaz ta' self, huwa, fil-fehma tal-Qorti, artikolu ta' ordni pubbliku u ma jistax jigi injorat bis-semplici skuzata' prattika bankarja.

Il-projbizzjoni ta' l-imghaxijiet komposti tinsab cara fl-artikolu 1142 tal-Kodici Civili; ma hemm ebda ligi li tippermetti li ssir xi eccezzjoni ghall-din ir-regola, uallura kull prassi kontra dik ir-regola tista' ssib konfort biss fil-konsuetudini.

Ma jista jkun hemm ebda dubju, li l-artikolu 1142 tal-Kodici Civili huwa regola ta' ordni pubbliku. Dan jirrizulta min-natura ta' din ir-regola infisha u, partikolarment, fid-dawl ta' l-artikolu 1850(3) u li jiddisponi li kull arrangament kuntrarju ghad-dispozizzjoni tal-ligi li tipprojbixxi li l-imghaxijietjigu komposti fi zmien anqas minn sena, huwa null, u kwindi il-consuetudo abrogatoria ma tistax tigi accettata f'dan il-kaz.

F'kaz ta' self mhux permissibbli ghal bank kummercjali li jikapitalizza l-imghax jekk mhux bil-mod li tistabilixxi l-ligi fl-artikolu 1142 tal-Kodici Civili. Jista' jkun li, b'dan il-metodu, f'certi cirkostanzi, l-ammont talvolta dovuta tista' tkun akbar mis-somma li tkun dovuta li kieku l-komputazzjoni ssir bil-procedura normali li jadottaw il-banek, pero', il-principju ghandu jkun li f'kaz ta' self, l-imghaxijiet ghandhom dejjem jinhadmu bis-sistema li timponil-ligi fil-Kodici Civili. F'kaz ta' self, ma jista' jkun hemm ebda prattika li jista' jkollha n-natura ta' consuetudo abrogatoria, u kwindi l-kont ghandu jinhadem b'sistema normali u, kif trid il-ligi, bil-hlasijiet akkont li jsiru jkunu addebitati, fl-ewwel lok, lill-imghax, u wara lill-kapital (artikolu 1169 tal-Kodici Civili).




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info