eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: 1264/1991/1
Download
Judgement Details
Date
03/07/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
CASSAR PULLICINO AV.DR. LOUIS NOE vs XUEREB ANGELO PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE
Linked Case
CASSAR PULLICINO AV.DR. LOUIS NOE vs XUEREB ANGELO PRO ET NOE - 1264/1991/1 - CIVIL COURT, FIRST HALL, MALTA
Appealed Details
Appealed
Yes
Keywords / Summary
Keywords
DANNI, CULPA IN ELIGENDO - KUNCETT JAPPLIKA BISS EX DELICTU VEL QUASI DELICTU - DANNI, DISTINZJONI BEJN DANNI EX CONTRACTU U DANNI EX DELICTU VEL QUASI DELICTU - DANNI, EX CONTRACTU - DANNI, EX DELICTO VEL QUASI DELICTO - DANNI, MINN META TIBDA TIDDEKORRI L-PRESKRIZZJONI - DANNI, PRESKRIZZJONI FIL-KAZ TA` DANNI KONTRATTWALI - DANNI, RAPPORT KONTRATTWALI MA JESKLUDIX DANNI EX DELICTU VEL QUASI DELICTU - DANNI, RESPONSABILITA` TAL-LUKANDIER - PRESKRIZZJONI, M`HEMMX INTERRUZZJONI META ITTRA UFFICJALI MA TIGIX NOTIFIKATA - PRESKRIZZJONI, SOSPENSJONI TA` - TIMESHARE, RESPONSABILITA` TAL-CLUB
Summary
Club fi skema ta' timsehare mhux legittimu kontradittur f'azzjoni ghad-danni intentata minn "timeshare owner" wara li jkun wegga' waqt btala fuq bazi ta' timeshare jekk ma jkun responsabbli ghall-allokazzjoni tat-turisti f'resorts lokali.
Tali club huwa immirat li jiehu hsieb l-interessi tat-turisti li jigu Malta bit-timeshare, u biex jaraw li dawn jinghataw is-servizz li jkuni intitolati ghalih taht it-timeshare agreement.
Il-legittimu kontradittur f'tali azzjoni ghandu jkun minjaccetta t-turisti u jidhol f'relazzjoni maghhom b'obbligu li jaghtihom l-amenities u s-servizzi lijkunu ntitolati ghalihom.
Ghar-rigward ta' kull terminu ta' preskrizzjoni, jinghad, in lineata' principju, li z-zmien jibda jghaddi minn dak inhar tal-incident u mhux mid-data li fih il-persuna sar jaf li sofra danni; id-data li taghti bidu ghall-preskrizzjoni hi, allura, determinabbli oggettivament u tibda tiddekorri mill-fatt tal-hsara.
Dan it-terminu jista' jkun sospiz f'kaz lijkun hemm impediment ta' dritt, u mhux wiehed ta' fatt, u dan in omagg ghall-principju li contra nonvalentum agere non currit praescriptio. L-impediment, pero', m'ghandux ikun wiehed ta' fatt, u l-fatt li d-danneggjat seta' kellu diffikulta' biex jidentifika lil min kellu jharrek mhux impediment legittimu li jissospendi l-mixi taz-zmien ta' preskrizzjoni.
Ittra Ufficjali li ma tkun gietx notifikata ma tistax isservi bhala interruzzjoni tal-preskrizzjoni.
Kif inghad, ir-responsabbilita' ghad-danni tista' tkun wahda minn zewg tipi - (i) dik maghrufa bhala responsabbilita' contrattuale u (ii) dik maghrufa bhala responsabbilita' extra contrattuale jew aquiliana. Dawn iz-zewg tipita' responsabbilita' ghad-danni ghandhom numru ta' differenzi bejniethom, fosthom - (i) l-oneru tal-prova; (ii) l-effetti guridici; u (iii) it-terminu entro liema l-azzjoni ghad-danni, nascenti mit-tip ta' responsabblita' specifika, ghandha tigi istitwita.
Fil-kaz ta' azzjoni ghad-danni nascenti mir-responsabbilita' contrattuale l-attur ghandu jipprova li huwa kellu favur tieghu dik l-obbligazzjoni kuntrattwali u li l-konvenut kien inadempjenti fl-esekuzzjoni ta' dik l-obbligazzjoni fil-konfront ta' l-istess attur. F'din it-tip ta' azzjoni huwa l-konvenut li ghandu oneru ta' prova iktar difficli impost fuqu, stante li l-konvenut ghandu jiggustifika l-inadempjenza kontrattwali tieghuu jipprova li tali inadempjenza se mai rrizultat minhabba fattur fuq liema ma kellux kontroll.
Fil-kaz ta' azzjoni ghad-danni nascenti mir-responsabbilita' extra-contrattuale huwa l-attur li ghandu oneru ta' prova iktar difficli impost fuqu ghaliex f'tali kaz huwa jrid jipprova n-nexus bejn l-agir tal-konvenut u d-dannu minnu soffert.
Ir-responsabbilita' ghad-danni tirrizulta mir-rabta guridika jew nuqqas taghha, u dana skond il-kaz, li hemm bejn il-partijiet kontendenti. Torrentejaghti ezempju car sabiex ikun jista' jaghraf id-distinzjoni bejn rabta kontrattwali li taghti lok ghar-responsabbilita' contrattuale u n-nuqqas ta' rabta kontrattwali li taghti lok ghar-responsabbilita' extra contrattuale.
Id-distinzjoni bejn dawn iz-zewg sitwazzjonijiet hija proprio l-ezistenza o meno tar-rabta obbligatorja antecedenti ghall-att jew ommissjoni li ta lok ghad-dannu li l-attur jallega li gie lilu kkawzat.
Il-htija meta tigi kkunsidrata fl-entita' taghha, hija wahda; u taht dan l-aspett ma hemmx distinzjoni bejn kolpa kontrattwali u dik komunement imsejha aquiliana, li titnissel minn delitt jew kwazi delitt. Id-differenza bejniethom tinsab fil-kawza u fil-grad.In kwantu ghall-kawza, il-htija kontrattwali tippresupponi obbligazzjoni pre-ezistenti li maghha hija marbuta; mentri l-htija aquiliana tippresupponi fatt li minnu titnissel ex nunc. In kwantu ghall-grad id-differenza hija riposta fl-estensjoni tar-responsabbilita' fis-sens illi fil-kolpa kontrattwali wiehed jista' jirrispondi ta' htija hafifa skond il-kaz, mentri fil-kolpa aquiliana r-responsabbilita' testendi ruhha b'mod li dwarha ma hemmx grad.
L-ezistenza o meno ta' din ir-rabta obbligatorja, oltre li tiddetermina n-natura ta' l-azzjoni ghad-danni tiddetermina wkoll it-terminu entroliema din l-istess azzjoni ghandha tigi istitwita.
L-azzjoni ghad-danni hija kolpita bil-preskrizzjoni ta' sentejn meta d-dannu huwa derivanti minn kwazi-delitt, jigifieri fil-kaz ta' kolpa akwiljana; u mhux ukoll fil-kaz ta' kolpa kontrattwali. Huwa veru li mhux kull vjolazzjoni tad-dritt ta' haddiehor fl-adempiment ta' kuntratt tikkostitwixxi kolpa kontrattwali, pero' biex il-kolpa ma tkunx kontrattwali, jehtieg li dik il-kolpa ma jkollhiex rapport dirett mal-kuntratt pre-ezistenti, ughalhekk, anki fil-presenza ta' kuntratt, jiddependi mic-cirkostanzi l-gudizzju jekk il-kolpa li wiehed mill-kontraenti jaddebita lill-iehor hijiex kontrattwali jew akwiljana. Jigifieri meta hemm kuntratt, il-kolpa tista' tkun akwiljana biss meta l-fatt ikun indipendenti u awtonomu mir-rapport kontrattwali.
Ghal dak li jirrigwarda l-preskrizzjoni relattiva ghall-azzjoni specifika, id-distinzjoni hija wahda semplici - azzjoni ghad-danni relattiva ghar-responsabbilta' contrattuale hija preskritta bid-dekors ta' terminu ta' hames snin, filwaqt li azzjoni ghad-danni relattiva ghar-responsabbilita` extra contrattuale hija preskritta bid-dekors ta' terminu ta' sentejn - entrambe dekoribbliminn dakinhar li setghet tigi ezercitata l-azzjoni ghad-danni.
Ir-relazzjoni ta' bejn il-lukandier u l-alloggjat hija wahda kontrattwali, hemm ghalhekk obbligazzjoni pre-ezistenti ghall-fatt lita lok ghall-incident li sussegwentement ikkawza id-dannu.
Madanakollu ma hemm xejn inkompatibbli bejn responsabbilita' kontrattwali u htija aquiliana jista' jkun hemm materja ta' delitt jew kwazi-delitt anke f'materja ta' obbligazzjonijiet konvenzjonali; f'liema ipotesi l-parti lesa jista'jkollha zewg azzjonijiet - dik nascenti minn htija contrattuale u dik nascenti minn htija extra contrattuale.
Hawn wiehed irid joqghod attent li jaghraf minn fejn tirrizulta din ir-responsabbilita`. Huwa fatt li ghandu jkun accettat bla diskussjoni li meta l-lezjoni sehh fuq il-persuna ta' l-alloggjat u mhux fuq il-proprieta' ta' l-istess, il-htija aquiliana, kemm-il darba tirrizulta, ma tirrizultax mid-disposizzjoni kontenuta fl-Artikolu 1039 tal-Kap.16. Lanqas mid-disposizzjonijiet tal-Ligi li jirrendu persuna responsabbli tal-fatt ta' haddiehor, stante li dawn huma fondati fuq presunzjoni legali ta' htija u ghandhom ghalhekk biss jircievu interpretazzjoni ristrettiva. In effetti l-lukandier jista' jinstab hati ghad-dannu li jigi kkawzat minhabba l-htija tieghu min-nuqqas ta' diligenza fl-ezercizzju tal-professjoni tieghu. Dina pero` dejjem ghandha tigi inkwadrata fic-cirkostanzi specifici ta' kull kaz individwali u hawn ghandha biss rilevanza generika.
Ir-responsabbilita' principali tal-lukandier fil-konfront ta' l-alloggjat hija dik derivanti mill-kuntratt li hemmezistenti bejniethom - fejn l-alloggjat jitlob li jigi rez lilu servizz mill-lukandier u l-lukandierjobbliga ruhu li jaghti tali servizz bil-mod korrett. Ghaldaqstant billi r-rabta guridika bejniethom hija dik kontrattwali, hsara kkagunata minn inadempjenza ta' tali obbligu taghti lok ghall-azzjoni ghad-danni fuq bazi ta' responsabbilita` kontrattwali u ghalhekk l-azzjoni relattiva hija preskritta bid-dekors ta' hames snin.
Il-fatt li qatt ma jkun inqala' incident, ma jezentax lill-minhu obbligat li jipprovdi ghas-sigurta` ta` terzi mir-responsabilta` derivanti minn xi nuqqas tieghu.
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It