Reference: 555/2002/1

Judgement Details


Date
03/07/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
GALEA CATHERINE vs REGISTRATUR TAL-QRATI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SPEJJEZ GUDIZZJARJI, DRITT TA` AVUKAT LI JIRRINUNZJA GHALL-PATROCINJU TA` PARTI - SPEJJEZ GUDIZZJARJI, INTAXXAR TA` - SPEJJEZ GUDIZZJARJI, INTAXXAR WARA SENTENZA DEFINITTIVA - SPEJJEZ GUDIZZJARJI, INTAXXAR WARA SENTENZA PRELIMINARI
Summary
Id-dritt intaxxat, kemm dak dovut lir-Registru kif ukoll dak dovut lill-Avukati tal-partijiet, ikunl-istess ikun x'ikun l-ezitu ahhari tal-kawza, pero', it-taxxa hija differenti jekk tinghata sentenza preliminari a differenza ta' sentenza definittiva. Jekk il-qorti, b'sentenza li taghti, twaqqaf il-meritu, allura t-taxxa trid tiehu in konsiderazzjoni l-meritu kollu tal-kawza, ghax b'dik is-sentenza il-kawza nnifisha tkun giet terminata u allura r-Registratur ikun irid johrog taxxa li tolqot it-talbiet kollha ta' dik il-kawza. Jekk, pero', b'sentenza li taghti l-Qorti, tkun giet deciza biss kwistjoni wahda tal-kawza, bis-smiegh tal-kawza se jitkompla, it-taxxa ghandha tirrifletti biss dik il-kwistjoni determinata, u mhux ukoll kwistjonijiet ohra li ghad iridu jigu trattati u decizi.

L-artikolu 33 tat-Tariffa E ta' Skeda A annessa mal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili (Kap 12) jipprovdi kif jinhadem id-dritt ta' Avukat li jitlaq lill-klijent, liema dritt, ovvjament, ikun irid jinhadem fuq il-meritu kollu tal-kawza, u dan ghax hu fuq dak il-meritu li hu kien iprestas-servizzi tieghu. Dan isir, pero', ghal fini biex jigi determinat kemm l-Avukat ghandu dritt jithallas mill-klijent tieghu, izda mhux biex jigi determinat id-dritt tar-Registru u tal-Avukat li jista' jkun dovut wara sentenza u li jkunu rekuperabbli mill-parti telliefa. Fi kliem iehor, l-artikolu 33 u 34 tal-imsemmija Tariffa tirregola r-relazzjonijiet fiskali ta' klijenta mal-Avukat l-antik u l-gdid taghha, izda t-taxxa ufficjali li tohrog wara sentenza ma tidholx f'din ir-relazzjoni u ghandhatirrispekja biss l-istadju li fih il-kawza tkun waslet dak il-hin.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info