Referenza: 398/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
03/07/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
BORG FRANCIS vs MALLIA MARIO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOLLIZJONI, DOVERI TA` UTENT TA` TRIQ PRINCIPALI - KOLLIZJONI, DOVERI TA` UTENT TA` TRIQ SEKONDARJA - KOLLIZJONI, META KAROZZA TKUN GHADDEJJA MINN NAHA L-HAZINA TAT-TRIQ - KOLLIZJONI, STOP SIGN - KOLLIZJONI, VELOCITA` - KOLLIZJONI, VIZWALI OSTAKOLATA
Fil-Qosor
L-indagini sabiex jigi stabilit min, mill-partijiet involuti fl-incident, ghandu jerfa' r-responsabbilita' civili ghall-incident tippostula stharrig li jmur 'lil hinn minn semplici ksur ta' xi ligi jew regolament tat-traffiku, u li jrid jigi ezaminat huwa l-komportament tas-sewwieqa fil-hin qabel uwaqt li sehh l-incident.

Riflessjonijiet kontravenzjonali li bl-ebda mod ma jincidu fuq ir-regolamenti li s-sewwieq kien obbligat josserva ghal sewqan prudenti u li ma jkunux rilevanti ghall-elementi ta' fatt li jikkostitwixxu l-eventi li taw lok ghas-sinistru, huma naturalment passibbli u punibbli f'sede ohra, imma m'ghandhomx u m'ghandux ikollhom rilevanza biex jigi stabbilit min kellu htija ghall-incident.

Hu principju ta' sewqan li min ikun ser johrog minn wara `stop sign', irid ieqaf dead, u ma jibdiex jiskula qabel ma jara li t-triq ta' quddiemu hi libera. M'ghandux jirfesfil-`main road' qabel ma jassigura li t-triq hi libera, u avvolja ghandu jixref minn gos-`side road' biex ikun jista' jezamina sew it-triq, m'ghandux jaghmel dan b'tali mod li johloq ostakolu ghal min ikun qed isuq fit-triq principali. Sewwieq hiereg minn wara `stop sign' m'ghandux jibqa' hiereg sanofs it-triq ta' quddiemu biex, bhal li kieku, "iggieghel" lill-karozzi l-ohra jieqfulu.

Utenti tat-triq kellhom kull dritt jesigu illi l-ebda vettura hierga minn go garage ma tostakolahom fitriqthom. Hi ghal kollox zbaljata s-sottomissjoni illi l-fatt li utent tat-triq kien fuq in-naha l-hazina tat-triq, jew anqas u anqas on the crown of the road, kienet necessarjament tfisser li dan kellu xi htija ghall-incident. Multo magis meta s-sinistru jsehh ma' vettura hierga minn go triq laterali minuri u anqas u anqas minn go garage kellu juza' l-massima prudenza, specjalment jekk il-vizwalitieghu ghal gol-main road fiz-zewg direzzjonijiet tkun b'xi mod ostakolata, kif kienet f'dan il-kaz, b'vetturi parkeggjati. Kien jinkombi fuq min ikun hiereg mit-triq sekondarja, allura, l-obbligu ta' edging out biex jesplora sewwa t-triq u kien assolutament zbaljat li jissottometti li hu kellu d-dritt jistenna li l-ebda traffiku ma jitla' fuq in-naha hazina tat-triq principali.


Min ikun hiereg minn side street ghal main road ghandu l-obbligu li juza l-massima attenzjoni u prudenza,li jesplora sewwa l-main road u jieqaf ghal kollox jew johrog inching out, u jassigura li t-triq hilibera. Is-side road user ghandu juza grad ta' diligenza l-izjed gholi u vigilanza l-izjed qawwija,billi ghandu d-dmir li jcedi lit-traffiku li jkun fit-triq principali, ghax il-manuvra li jkun sejjer jaghmel biex jitraversa dik it-triq hi kalkolata li tiddisturba l-kors ordinarju tat-traffiku lijkun ghaddej minnha.

L-ispeed ta' min ikun qed isuq fit-triq principali hija relevanti biss jekk tkun kawza ta' l-incident.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni