Referenza: 479/1995/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/01/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
SCHEMBRI MANUEL vs CUTAJAR FRANCE
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
CITAZZJONI, FORMALIZMU EZAGERAT - CITAZZJONI, KJAREZZA TAL-OGGETT U R-RAGUNI TAT-TALBA - CITAZZJONI, KJARIFIKA TA` AMBIGWITA` - CITAZZJONI, NULLITA` TA`
Fil-Qosor
Huwa principju stabilit illi it-tifsir car u sewwa tal-oggett tal-kawza u tat-talbiet ghandhom jirrizultaw mill-istess att tac-citazzjoni innifsu u mhux minn xi kjarifika li tista' issir dwarhom matulit-trattazzjoni.

Sabiex azzjoni tigi dikjarata rritwali ghandu jigi determinat li hemm raguni gravi, u fost kollox, ghandu jigi ezaminat jekk ic-citazzjoni tkunx defugenti jew zbaljata b'modli l-konvenut ikun jista' jigi pregudikat fid-difiza tieghu, u ghal dan l-ezami ic-citazzjoni attrici ghandha tigi ezaminata fit-totalita' taghha.

Il-formalizmu ezegerat ukoll ilu hafna li giemnaqqas u limitat li bir-ragun, il-ligi qed tkun aktar u aktar inklinata li tkompli tillimita l-formalizmu u n-nullitajiet tal-forom li jnutruh.

Huwa dejjem necessarju li ic-citazzjoni ghandujkollha tifsira cara tal-oggett u r-raguni tat-talba u dan huwa dejjem necessarju biex il-konvenut ikun jaf minnufih u b'certezza dak li ghandu jiddefendi ruhhu minnu.

Kontra dan kollu xorta wahda jipprevali l-principju li l-atti kemm jista' jkun ghandhom jigu salvati entro id-dettami tal-ligi peress li r-rigorozitajiet procedurali ma humiex ambaxxaturi tal-gustizzja sostanzjali u ghalhekkm'ghandhomx normalment janimaw l-andament tal-kawza.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni