Reference: 275/2003

Judgement Details


Date
03/07/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
SAMMUT JOSEPHINE vs SAMMUT EMANUEL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
MANDAT KAWTELATORJU, KREDITUR GHANDU JIKKONTROLLA L-EFFETTI TA` MANDAT LI JKUN HAREG - MANDAT KAWTELATORJU, PENALI - MANDAT KAWTELATORJU, PENALI TISTA` TIGI AKKORDATA FUQ CIRKOSTANZA LI TKUN SEHHET WARA L-HRUG TAL-MANDAT
Summary
Il-Mandati kawtelatorji ghandhom skop preciz u jridu jintuzaw biex jigu salvagwardjati l-interessi ta' min jitlob il-hrug taghhom, u mhux biex jissikkaw il-pretiz debitur jew ghall-pika jew bi hsieb malizzjuz iehor. Kreditur ghandu dritt jitlob il-hrug ta' kull mandat permess bil-ligi, pero', ghandujikkontrolla l-effetti taghhom hu stess u jekk jara li hu kopert aktar milli hu mehtieg, ghandu jirregola ruhu u jitlob hu stess it-tnaqqis jew thassir ta' xi mandat partikolari. Il-mandati m'ghandhomx jintuzaw bhala magna ta' estorzjoni, izda bid-debita prudenza, u l-abbuz jista', u ghandu, jigi sanzjonat bl-imposizzjoni tal-penali.

Il-kundanna tal-penali taht l-artikolu 836(8) ghandha issir mhux biss jekk xi wahda mic-cirkostanzi elenkati fil-paragrafi ta' wara jkunu jezistu meta intalab il-hrug tal-mandat, izda anke jekk, dawk ic-cirkostanzi, javveraw ruhhom fil-mori tal-validita' tal-mandat, u ma jittiehdux passi korrettivi u immedjati mill-kreditur. Mandati kawtelatorji huma, min-natura taghhom, sikkanti fuq il-pretis debitur, specjalment meta, fl-istadju li jinhargu, ma jkunxghad hemm determinazzjoni tal-pretensjoni tal-kreditur, u kwindi ghandhom jigu ikkontrollati kontinwament, u l-htiega jew l-estensjoni taghhom ivverifikata skond ic-cirkostanzi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info