Reference: 260/1994/1

Judgement Details


Date
27/06/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ZARB MARY ET vs OVEREND MAURO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KOLLIZJONI, DOVERI TA` MIN ISUQ - PEDESTRIANS - KOLLIZJONI, DOVERI TA` PEDESTRIAN - KOLLIZJONI, INCIDENT BEJN VETTURA U PEDESTRIAN
Summary
Fi kwestjoni ta' investiment ta' pedestrian, bhal ma huwa dan il-kaz il-Qorti ma tista' titlaq minnebda presunzjoni ta' htija tas-sewwieq jew li l-pedestrian ghandu dejjem ragun. B'danakollu hu veruilli, fejn m'hemmx regolat b'xi mod partikolari l-passagg tal-pedestrians, pedestrian li juza t-triq karrozzabbli anqas ghandu jitqies xi intruz; u filwaqt illi l-pedestrian ghandu certament juza l-kura mehtiega biex ma johloqx ghall-utenti ohra tat-triq sitwazzjonijiet ta' perikolu jew emergenza,minn naha l-ohra d-drivers ta' karozzi, li huma magna ta' potenza li joqtlu jew ikorru, ghandhom l-obbligu gravi li jiehdu kura li jsuqu b'mod illi ma jkunx ta' perikolu jew dannu ghall-pedestrians lighandhom ukoll id-dritt li juzaw it-toroq;

Meta fis-socjeta` taghna nies fit-triqat ma jistghux jimxu aktar anke f'dawk il-partijiet ta' l-istess triqat fejn ghandhom jistennew biss traffiku minn naha u mhux ukoll mill-ohra, allura nkunu abbandunajna kull rispett ghas-sahha u l-inkolumita` tal-persuna biex jiddomina nkontrastat it-trasport mekkanizzat, l-istat taghna jkun hafna aghar milliqatt kien;

Hu obbligu li kull driver jirregola s-sewqan skond il-kondizzjonijiet u c-cirkostanzi, bhal ma huwa l-hin ta' bil-lejl, il-vizwali ostakolata bid-dlam u bix-xita, l-piz tal-vejikolu, l-istat ta' l-art, u rapporti ohra kontingenti; u hu anke dmir ta' driver li jzomm dik li komunement tissejjah 'a reasonable careful look-out' liema dmir igib mieghu li d-driver jara dak li jkun ragjonevolemnt vizibbli. Li jfisser li jinkombi b'dover fuq kull sewwieq li juza attenzjoni partikulari kif jikkonduci s-sewqan tieghu u jirregola l-velocita` ghax b'hekk jilqa' ghall-imprevvist u jevita li jsib ruhu konfrontat b'mod improvviz minn ostakoli.

Ma jistax jinghad illi hawn si tratta ta' ezercizzju ta' xi privilegg tal-pedestrian jew li tezisti xi forma ta' presunzjoni ta' dritt favur tieghu meta dan ikun involut f'incident ma' vettura. Ghall-kuntrarju l-kejl li bih jehtieg litigi meqjusa l-materja ta' responsabilita` jibqa' dak klassiku tad-determinazzjoni ta' x'kienet il-kawza prossima u immedjata ta' l-incident u x'kien il-fatt determinanti li pprovokah. Hu car li kemmil-pedestrian kif ukoll id-driver, ghandhom dmirijiet u responsabilitajiet bhala utenti tat-triq ukull wiehed minnhom kien bil-ligi obbligat li josserva r-regolamenti li jinkombu fuqhom biex jigi assigurat illi fl-ezercizzju tad-dritt taghhom li juzaw it-triq ma jaghmlu xejn biex ifixklu lil haddiehor fl-uzu legittimu ta' l-istess triq. Hu meta jsir abbuz mid-dritt ta' dan l-uzu billi ma jiguxosservati r-regolamenti li l-ligi timponi li jinholqu cirkostanzi li jipprovokaw is-sinistru. Minndan in-nuqqas, sew jekk tal-pedestrian, sew jekk tas-sewwieq, temani r-responsabilita` ghall-akkadut.

Il-pedestrian ghandu certament drittijiet fic-cirkolazzjoni tat-traffiku, imma ghandu wkolll-obbligi. Jekk il-pedestrian ikun qieghed ruhu f'post fejn mhux suppost ikun u d-driver, li jkunqed isuq karozza b'mod regolari, isib ruhu f'posizzjoni ta' emergenza subitanea minhabba fih, dak id-driver m'ghandux jigi ritenut hati ta' sewqan perikoluz u tal-konsegwenzi li jista' jsofri dak il-pedestrian f'dik il-kontingenza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info