Reference: 1829/1997/2

Judgement Details


Date
27/06/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
VASSALLO VICTOR vs BARTOLO EDWIN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATT DWAR L-GHAQDIET KOPERATIVI, KOMPETENZA TAL-BORD TAL-KOPERATTIVI - ATT DWAR L-GHAQDIET KOPERATIVI, KOMPETENZA TAL-QRATI ORDINARJI - KOMPETENZA, MHIX EFFETTWATA MILL-HRUG TA` MANDAT KAWTELATORJU MINN QORTI INKOMPETENTI - MANDAT KAWTELATORJU, META JINHAREG MINN QORTI INKOMPETENTI
Summary
Il-mandati kawtelatorji kollha jigu mahruga u ezegwiti fuq ir-responsabilita` ta' min jitlobhom, u dan ighodd ukoll ghall-mandat ta' inibizzjoni; b'dan pero` illi l-mandat ta' inibizzjoni ma jinharegx mill-Qorti ammenokke ma tkunx sodisfatta illi l-mandat hu mehtieg biex jitharsu l-jeddijiet ta' min jitlob il-hrug tieghu, u li prima facie ikun jidher li hu ghandu dawk il-jeddijiet fil-meritu. Hlief din il-kundizzjoni ma hemmx restrizzjonijiet ohra espressament statwiti fir-rigward tal-hrug ta'dan il-mandat.

L-ispedizzjoni tal-mandat ma ghandhiex tigi ritardata hlief jew minhabba xi difett fir-rekwiziti ta' forma preskritta mil-ligi, ghax tkun kontra xi projbizzjoni jew restrizzjonifid-disposizzjonijiet dwar il-mandat; u ghalhekk meta jigi mitlub il-hrug ta' mandat ta' inibizzjoni, u tigi sollevata l-kwestjoni jekk il-Qorti adita hijiex kompetenti, dak mhux l-istadju li fih tista' tigi dibattuta l-kwestjoni tal-kompetenza imma kwestjoni simili tista' tigi nvestita in segwitughall-mandat kif preskritt mil-ligi, jew b'azzjoni ad hoc; u ghalhekk l-ispedizzjoni tal-mandat ma ghandhiex tinzamm fuq l-eccezzjoni ta' l-inkompetenza tal-Qorti, sollevata sempliciment fuq ir-rikorsghall-ispedizzjoni ta' dak il-mandat. Ghaldaqstant ma hemmx lok ghal ebda decizjoni tal-Qorti dwaril-kompetenza fl-istadju tal-hrug tal-mandat.

Mandat kawtelatorju jippostula pretensjoni litrid tigi dedotta f'qasir zmien ghall-aggudikazzjoni ma kienx jaghmel wisq sens illi jinhareg mandatta' inibizzjoni biex jikkawtela pretensjoni li l-konjizzjoni dwarha hi fl-ahhar mill-ahhar, in vista tal-klawsola arbitrali jew, bhal f'dan il-kaz, bl-operat tal-ligi, sottratta ghall-gurisdizzjoni tal-Qorti.

Ghad-differenza ta' mandati kawtelatorji ohrajn, rigward il-mandat kawtelatorju ta'inibizzjoni l-ligi tezigi zewg kondizzjonijiet cioe` li l-Qorti li lilha jsir ir-rikors tkun sodisfatta illi l-mandat hu necessarju ghall-konservazzjoni tad-dritt li in kawtela tieghu l-mandat jintalab u li prima facie dak id-dritt jidher li jispetta lil min jitolbu. Peress illi l-ligi tezigi li min johrog il-mandat hu obbligat li fiz-zmien qasir preskritt jiddeduci b'kawza l-jedd imsemmi fil-mandat, ma jkunx jista' jinghad, ghall-finijiet tal-hrug tal-mandat, illi d-dritt prima facie jispettalir-rikorrent jekk prima facie ikun jidher fl-istess hin illi l-pretensjoni dwar dak l-istess drittm'hix kapaci li tigi dedotta in gudizzju quddiem il-Qorti.

L-Artikolu 109(1) tal-Att dwar l-Ghaqdiet Koperattivi jipprovdi li:-

"Jekk tinqala' xi kwestjoni dwar il-kostituzzjoni ta' l-ghaqda, l-elezzjoni ta' l-ufficcjali taghha u t-tmexxija tal-laqghet generali taghha, jew it-tmexxijajew ix-xoghol ta' l-ghaqda ... bejn "membru, membru ta' l-imghoddi jew membru mejjet, u l-ghaqda, il-kumitat tat-tmexxija, il-bord ta' sorveljanza taghha, jew xi ufficcjal ta' l-ghaqda "(subparagrafu'b') ... din il-kwestjoni ghandha tintbaghat lill-Bord tal-Koperativi ghad-decizjoni.";

Danid-dispost baqa' fis-sehh u jinsab redatt fl-istess termini fl-Att XXX ta' l-2001 dwar is-socjetajiet Koperativi, liema Att irrimpjazza dak hawn ezaminat intitolat l-Att dwar l-Ghaqdiet Koperativi (Kapitolu 278);


Dan l-artikolu jirrizerva lil Bord tal-Koperativi l-kompetenza li jiddeciedil-kwestjoni sorta bejn il-partijiet. Ma tezistix "concurrent jurisdiction" bejn il-Bord tal-Koperativi u l-Qorti ghar-rizoluzzjoni u decizjoni tal-kwestjoni. Tali argoment ma huwiex konformi ghad-dettam tal-ligi u lanqas ghar-raguni guridika. Ubi lex voluit, dixit;

Naturalment, dan ma jfisserx illi l-Qrati ma jibqalhomx certi kontrolli. Bhal fil-kaz ta' kull tribunal ammnistrattiv iehor vestit b'poteri kwazi-gudizzjarji l-parti xorta jibqala' d-dritt, entro certi limiti ben precizi,li ggib 'il quddiem l-impunjattiva tad-decizjoni tal-Bord jew tal-lodo ta' l-arbitru fil-kaz ta' arbitragg, jekk jinstab li din tkun kontra l-principji fundamentali tal-gustizzja jew id-decizjoni tkunkontra xi ligi miktuba jew fil-kaz ta' zball manifest u sostanzjali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info