Referenza: 527/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/01/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
BANK OF VALLETTA PLC vs F.F. HOLDINGS LTD ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
IMGHAX, IMGHAX KOMPOST - OBBLIGAZZJONIJIET KUMMERCJALI - OVERDRAFT FACILITIES - OVERDRAFT FACILITIES, CALL IN - PRATTIKA BANKARJA - UZU KUMMERCJALI
Fil-Qosor
L-obbligazzjoni ta' "overdraft facilities" hija obbligazzjoni ta' natura kummercjali, u ghalhekk regolata mill-Kodici Kummercjali, u fin-nuqqas ta' disposizzjonijiet "ad hoc" mill-uzu kummercjali, u fin-nuqqas ta' dan l-uzu, tapplika l-ligi Civili.

Illi ghalhekk, l-Artikolu 1142 tal-Kap 16 japplika biss jekk fil-Kodici tal-Kummerc ma hemmx disposizzjoni "ad hoc" dwar l-istess imghax, u jekk m'hemmx uzu kummercjali li jirregola il-materja, stante li l-Kodici tal-Kummerc jistabilixxi mhuxbiss l-emanazzjoni tal-Ligi Kummercjali, imma wkoll l-ordni li trid tigi segwita, cioe`, l-ewwel il-Kodici Kummercjali, imbaghad l-uzu kummercjali, u biss fin-nuqqas, il-Kodici Civili.

Jirrizulta li dan il-punt ma huwiex trattat fil-Kodici Kummercjali, u ghalhekk wiehed irid jindaga jekk jezistix uzu kummercjali f'dan ir-rigward; u fil-fatt skond is-sentenzi nostrani ma hemmx dubju li taliuzu kummercjali jirrizulta sancit, stabbilit, rikonoxxut u segwit, tant li fil-kawza.

Fil-gurisprudenza lokali din is-sistema ta' komputazzjoni (li l-imghaxijiet jigu mizjuda mal-kapital, fuqil-bilanc ta' kuljum, kull sitt xhur, u b'hekk l-imghaxijiet isiru jifformaw parti mill-kapital) giet accettata bhala li hi permessa u skond l-uzu, u b'hekk hija legali.

Skond il-gurisprudenzal-imghaxijiet li joriginaw minn kont kurrent, la darba jigu kapitalizzati skond kif trid il-ligi, dawn jitilfu in-natura taghhom ta' imghax u jikkostitwixxu kapital iehor gdid

Pero` li jekk il-bank iwaqqaf tali overdraft facilities, skond it-termini tal-kuntratt tieghu, u jaghmel "call in", uma jhalliex lill-istess debitur jaghmel izjed uzu minn tali facilitajiet, l-istess bank ma ghandu ebda dritt li jaddebita lill-klijent (attur) bl-imghaxijiet komposti skond il-prattika bankarja.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni