Referenza: 1627/1994/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/06/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
SCICLUNA JOSEPH ET vs SULTANA ALFRED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
CITAZZJONI, NUQQAS TA` TALBA GHALL-LIKWIDAZZJONI TA` DANNI MA GGIBX IN-NULLITA` - CITAZZJONI, NUQQAS TA` TALBA GHAX-XOLJIMENT TA` APPALT - KAZ FORTUWITU, ELEMENTI TA` - KAZ FORTUWITU, EVITABILITA` TA` - KAZ FORTUWITU, PREVEDIBILITA` TA`
Fil-Qosor
In-natura u l-indoli ta' l-azzjoni jigu dezunti mit-termini ta' l-att li bih jinbdew il-proceduri.Meta t-talbiet jikkonsistu f'talba dikjaratorja ta' responsabilita ghall-ezekuzzjoni difettuza ta' l-appalt u talba konsegwenzjali ghad-danni, ma hemm xejn barra mil-logika u r-raguni guridika tat-talbiet, u allura ma kienx di rigore necessitat illi tingieb 'il quddiem talba ad hoc ghall-likwidazzjoni tad-danni.

Lanqas ma kien mehtieg illi ssir domanda partikolari u ad hoc ghax-xoljiment ta' l-appalt. Il-kaz hawnhekk ma jitrattax minn appalt in korso izda minn sitwazzjoni fejn l-ezekuzzjoni ta' l-appalt gja giet finalizzata. Allura huwa nkoncepibbli illi jintalab ix-xoljiment ta' obbligazzjoni gja kompjuta u terminata. L-Artikolu 1069 (1) tal-Kodici Civili jiccentra meta l-obbligazzjoni ma tkunx ghadha giet esegwita.

Ma hemmx kaz fortuwitu meta jkun hemm il-fatt posittiv jew negattiv tal-bniedem.

Meta minn naha l-ohra jkun hemm vjolazzjoni ta' dmir, u ommissjoni volontarja ta' diligenza li minhabba fiha ma jigux previsti l-konsegwenzi tal-azzjoni jew ommissjoniproprja u b'hekk jigi vjolat id-dritt ta' haddiehor, minghajr ma wiehed ikun irid u anki minghajr wiehed ma jinduna, allura ma jkunx hemm lok ghal kaz fortuwitu, izda l-kolpa u l-kwazi-delitt.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni