Referenza: 196/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/06/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
GALEA GIACCHINO SIVE JACK vs FARRUGIA SUOR MANSUETA FIS-SEKLU CARMELA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SUCCESSJONI, MEMBRI TA` ORDNIJIET RELIGJUZI JEW TA` XIRKIET RELIGJUZI TA` REGOLARI
Fil-Qosor
14. L-artikolu 611 tal-Kap. 16 jiddisponi kif gej:-

"611 (1) Il-membri ta' ordnijiet religjuzi, jew ta' xirkiet religjuzi ta' regolari ma jistghux, wara li jkunu hadu l-voti tal-professjoni jew xirka religjuza, jiddisponu b'testment.

(2) Lanqas ma jistghu dawk il-persuni jircievu b'testment, hlief xi vitalizju zghir, bla hsara ta' kull projbizzjoni ohra stabbilita mir-regoli ta' l-ordni jew tax-xirka li jkunu fihom.

(3) Kemm il-darba dawk il-persuni jigu mahlulin skond il-ligi mill-voti taghhom, huma jergghu jakkwistaw il-kapacita` li jircievu b'testment, kif ukoll lijiddisponu mill-beni li jkunu akkwistaw wara, u kull disposizzjoni maghmula favur persuna li fi zmien il-mewt tat-testatur kienet membru ta' ordni religjuz jew ta' xirka religjuza ta' regolari ghandhatibqa' sospiza sakemm dik il-persuna jew tigi mahlula mill-voti taghha kif imsemmi qabel jew tmut filwaqt li tkun ghadha membru ta' dik l-ordni jew xirka, u ghandha tkun bla ebda effett jekk il-persuna, li tkun saret favur taghha, tmut filwaqt li tkun ghadha membru bhal dak."

Mhux bizzejjedli tistrieh fuq il-fatt wahdu li persuna tkun dahlet f'ordni religjuza imma jinhtieg wkoll li jirrizulta li tkun hadet il-voti tal-professjoni jew xirka religjuza li tkun biex wiehed ikun jista' jghidu jiddecieda ezattament tapplikax jew le l-projbizzjoni komminata mil-ligi civili taghna. Tajjeb ukoll li jigi rilevat li skond il-ligi kanonika minn dak li jemergi mill-atti l-voti li jittiehdu minn dawk li jissiehbu fl-ordnijiet religjuzi m'humiex kollha ta' l-istess portata ghax fil-fatt jirrizulta li hemm dawk li jissejhu voti semplici u dawk li jissejhu voti solenni, u li huma dawn ta' l-ahhar li jwasslu biex l-imxierek jirrinunzja formalment mid-dritt civili li jircievi beni.

Tridissir, u tinzamm allura, distinzjoni bejn dik li hija l-amministrazzjoni tal-proprjeta` u d-dritt li wiehed jiddisponi minnha.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni