Referenza: 279/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/06/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
POWER PROJECTS LIMITED vs AGIUS STEPHEN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, AUDI ALTERAM PARTEM - ILMENT SOSTANTIV - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, AUDI ALTERAM PARTEM - ILMENT TEKNIKU - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, META GUDIKANT SEDENTI FUQ TRIBUNAL AMMINISTRATTIV HUWA LEGITTIMU KONTRADITTUR F`AZZJONIJIET GHAL - TRIBUNAL INDUSTRIJALI, POTERI TA` REVIZJONI TAL-QRATI ORDINARJI
Fil-Qosor
It-tribunal Industrijali jrid jagixxi u jimxi intra vires lilu moghtija fil-Kapitolu 266 tal-Ligijiet. Il-Qrati ordinarji jissindikaw l-operat tat-Tribunal, ghalhekk, meta huwa jmur ultra vires lilumoghtija.

It-Tribunal ghandu wkoll bl-Artikolu 31(3) tal-Kapitolu 266 jiehu hsieb, li tkun xitkun il-procedura li juza, (a) jassikura li l-gustizzja ssir skond il-meriti tas-sustanza tal-kaz,u (b) li dik tkun bla hsara ghar-regoli tal-gustizzja naturali.

Finalment skond l-Artikolu 32(4) ta' l-istess Kapitolu, it-Tribunal ma ghandux jaghti xi sentenza jew decizjoni li tkun kontra xiligi miktuba, jew xi att iehor li jkollu forza ta' ligi, li jirregola l-pagi u pattijiet u kondizzjonijiet ohra ta' impjieg.

Il-ligi ma ikkoncedietx id-dritt ta' appell mid-decizjonijiet tat-Tribunal Industrijali, u ghalhekk dawn il-Qrati Superjuri ma ghandhomx gurisdizzjoni biex jirriezaminaw jew jirrevedu l-meritu tal-kontroversja li giet deciza mit-Tribunal Industrijali.

Il-Qortima ghandhix b'xi mod tissostitwixxi d-diskrezzjoni taghha ghal dak tal-Bord jew Tribunal ghaliex lal-ligi avdat dik il-funzjoni kwazi gudizzjarja f'idejn il-Bord, huwa l-Bord, u hadd iehor ghalih lijrid jiddeciedi

Sakemm ma jirrizultax mill-provi illi c-Chairman kien bl-agir tieghu fih innifsu u indipendentement mid-decizjoni tieghu, ippregudika lill-attur, hu ma jistax jitqies li hu l-legittimu kontradittur tieghu. F'dan il-kuntest hu verament igawdi l-istess posizzjoni privileggjatabhal kull gudikant iehor vestit bil-Ligi b'kompetenza li jarbitra fuq materja li tingieb quddiemu bhala president tat-Tribunal. Jista' pero` jigi mharrek personalment jekk jigi allegat li kkommettavjolazzjonijiet tal-Ligi, li bhala rizultat taghhom l-attur sofra danni u dana fl-ezercizzju tal-funzjonijiet kwazi gudizzjali tieghu.

Biex ikollok vjolazzjoni tal-principju bazilari ta` audi alteram partem fit-trattazzjoni ta' kawza jew il-parti ma tkunx inghatat l-opportunita` tressaq il-provi taghha, jew fejn ix-xhieda moghtija minn parti wahda ma tkunx setghet tigi kontrollata mill-parti l-ohra minhabba nuqqas ta' opportunita`;

Hu ben assodat il-principju illi l-kwestjoni tal-fair hearing trid tigi meqjusa fil-kuntest tal-gudizzju fl-assjem tieghu. Mhux kwalsiasi pretest allura ghandu jservi biex jitwaqqghu gudikati, li, invece, jmisshom u ghandhom jibqghu fis-sehh;




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni