Referenza: 198/1987/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/06/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
POLIDANO JOHN vs ZAMMI TABONA EDWIN ET PRO ET NOE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITT TA` PROPRJETA`, SERQ TA` HWEJJEG MOBBLI - DRITT TA` PROPRJETA`, TRASFERIMENT TA` HWEJJEG MOBBLI
Fil-Qosor
L-Artikolu 558 (1) tal-Kodici Civili jipprovdi illi "ghal dawk li huma hwejjeg mobbli minnhom infushom, jew titoli ghal portatur, il-pussess ghandu favur it-terzi ta' bona fidi, l-effett stess tat-titolu ...";

Izda f'kaz li l-oggett mobili ikun intilef jew insteraq sidu jista' jirrivendikah lura billi jindennizza lill-possessur [Artikolu 559 (1) tal-Kodici Civili], u jista' wkoll jitolbu lura minghajr l-obbligu li jindennizza lill-possessur meta dan ma jkunx ircevih b'bona fidi, b'titoluoneruz, u minghand min, milli kien jidher, seta' kien sid dak l-oggett, jew seta' kien persuna mqabbda mis-sid biex jiddisponi minnu [Artikolu 559 (2)];

Din l-ahhar disposizzjoni fuq citata "pero` tapplika biss ghall-kaz ta' serq veru u proprju; u ghalhekk fil-kaz li l-possessur tal-haga jkunakkwistaha minghand persuna li tkun approprijat ruhha ndebitament minnha ghad-dannu ta' sidha, is-sid ma jistax jezercita l-azzjoni rivendikatorja fuq dik il-haga bis-sahha ta' din id-disposizzjoni.

Skond il-ligi l-buona fede hi prezunta, u allura min jallega l-mala fede, ghandu jippruvaha.Prova din li jehtieg tirrizulta minn cirkustanzi univoci.

Dak li l-ligi taghna tirrikjedi biex il-pussess ikun ta' buona fede huwa illi l-possessur ikun ghal motiv mhux verosimili jahseb li l-haga li jipposjiedi hi tieghu (Artikolu 531 tal-Kodici Civili) u dan l-istat ta' mohh fil-pussessurhu prezunt, sakemm min jallega n-nuqqas ta' buona fede jew il-mala fede (Artikolu 532) ma jwaqqax dik il-presunzjoni.

Mill-banda l-ohra jekk ma tigix provata mill-attur il-mala fede tal-konvenut, jekk dan ta' l-ahhar ikun akkwista b'titolu oneruz u jekk ikun akkwista minghand persuna li minndak li kien jidher seta' kien sid il-haga offerta ghall-bejgh, jew seta' kien persuna mqabbda mis-sid biex tiddisponi minn dik il-haga, il-kompratur ma kellux l-obbligu li jindaga oltre dwar l-indentita` tal-venditur. Dan naturalment ma jfisserx li l-kompratur seta' jixtri b'ghajnejh maghluqa f'kull cirkostanza. Hu kellu l-obbligu li japprezza sewwa dak li kien jidher. Li jfisser li jekk ic-cirkostanzi kienu tali li kellhom normalment iqanqlu dubju fil-bniedem ragjonevoli dwar il-provenjenzata' l-oggett li kien qed jigi lilu offert ghall-bejgh, jew dwar ir-rabta bejn dak l-oggett u s-sid veru tieghu, hu kien obbligat li jaghmel l-indagini kollha necessarji ghaliex altrimenti jkun qed jixtri ghar-riskju tieghu. F'dan il-kuntest jassumu allura rilevanza c-cirkostanzi li graw wara li giekonkluz il-bejgh, u kif il-konvenut ikkomporta ruhu.

In-negligenza li x-xerrej jikkommetti fl-indagini dwar il-pussess tal-aljenant ma tammontax ghal mala fede.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni