Reference: 2756/1996/1

Judgement Details


Date
16/06/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
PISCOPO ANTHONY vs FILLETTI CHARLES
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BEJGH, KWALITA` PATTUWITA RIMEDJU DISPONIBBLI - BEJGH, MHUX TAL-KWALITA` PATTUWITA - META X-XERREJ IZOMM L-OGGETT MIBJUGH - BEJGH, REXISSJONI FUQ IL-BAZI TA` KWALITA` DIFFERENTI MINN DIK PATTUWITA INTENTATA WARA R-RICEZZJONI TAL-OGGETT - KUNSENS, MA HEMM EBDA VIZZJU MINHABBA ZBALL SKUZABBLI - KUNSENS, VIZZJU MINHABBA ERROR IN SUBSTANTIA - KUNSENS, VIZZJU MINHABBA QERQ
Summary
Ix-xerrej hu koncess id-dritt li jaghzel jew "li jirrifjuta l-haga u jitlob id-danni", jew "li jircievi l-haga bi prezz anqas fuq stima ta' perit" jekk l-oggett mibjugh ma jkunx tal-kwalita` miftehma(Artikolu 1390 tal-Kodici Civili). Tali rimedju konsentit lix-xerrej fil-mument tal-konsenja ta' l-oggett mibjugh huwa abbinat mas-sitwazzjoni fejn jirrizulta li l-oggett hu differenti minn dak appattwit;

Ghandu jigi osservat illi tezisti diskordanza fil-gurisprudenza taghna in subjecta materia. Dan ghaliex filwaqt li xi decizjonijiet isostnu li azzjoni ghar-rizoluzzjoni ta' bejgh mhux tal-kwalita` pattwita hi ammessa tant jekk ix-xerrej ikun gja rceva l-konsenja kemm jekk le , ohrajn isostnu illi tali azzjoni ghar-rizoluzzjoni per inadempjenza ma tistax tigi sperimentata wara l-konsenja;

F'kull kaz ix-xerrej ma jistax semplicement jitlob rifuzjoni ta' flusu izda jrid jitlob it-thassir tal-bejgh. Ix-xerrej kellu allura f'sitwazzjoni bhal din jezimi ruhu minn kull responsabilita` billi jiddepozita l-oggetti mixtrija u minnu allegatament rifjutat taht l-awtorita` tal-Qorti appena gie konstatat illi l-oggett konsenjat ma kienx tal-kwalita` pattwita`. Jekk ix-xerrej ma jaghmilx hekk ipoggi lilu nnfisu fil-posizzjoni li ma jkunx jista' jezigi li l-kuntratt jigi rexxiss";

L-Artikolu 975(1) tal-Kapitolu 16 jippreciza li "l-izball dwar il-fatt ma jgibx in-nullita` hlief meta jaqa' fuq is-sustanza nnifisha tal-haga li tkun l-oggett tal-ftehim."

Fuq dan il-gurisprudenza taghna hi konkordi billi tirritjeni illi, biex jinvalida ftehim, l-izball irid ikun sostanzjali u skuzabbli;

Ghalkemm l-izbalji ta' natura soggettiva kkondizzjonaw il-kunsens ma tistax tirnexxi l-azzjoni ghat-thassir jekk dawn ma jikkostitwux zball oggettivizzat li jirrigwarda s-sustanza, l-identita` preciza, il-kwalita` intrinsika ta' l-oggett, li huwa l-izball li l-ligi tirrikonoxxi bhala l-element li effettivament jannulla l-kunsens mehtieg ghall-validita` ta' kull kuntratt.

Gie ritenut ukoll illi l-izball irid ikun ukoll determinanti jigifieri li minghajru l-partili tkun ikkuntrattat taht l-izball ma kienetx taghti l-kunsens kieku kienet taf il-verita`;

Inoltre biex l-izball ikun skuzabbli irid ikun kawzat mill-fatt tal-parti l-ohra, kif hekk qed jigi wkoll allegat mill-attur f'dan il-kaz. Ma huwiex zball skuzabbli dak li wiehed jaqa' fih meta l-fatti li ghalihom jirreferixxi dak l-izball kienu facilment accertabbli;

L-imprudenza u l-leggerezza tal-kontraenti mhix raguni ta' annullament ta' kuntratt.

L-Artikolu 981 (1) tal-Kodici Civili jiddisponi illi "l-eghmil doluz huwa motiv ta' nullita` tal-ftehim, meta l-inganni maghmulin minn wahda mill-partijiet ikunu tali illi minghajrhom il-parti l-ohra ma kienitx tikkuntratta.";

Dan il-qerq ma hu qatt prezunt, imma ghandu jigi ppruvat minn min jallegah, kif hekk irid is-subinciz (2) ghall-imsemmi artikolu precitat;

Issa biex jigi stabbilit u pruvat il-qerq trid issiril-prova illi l-parti l-ohra uzat scienter raggiri frawdolenti u artifizji li kienu gravi. Id-dolojirnexxi meta ma jhallix lill-vittma zmien u hsieb biex jirresisti, anzi jnehhi minn mohhu l-icken idea li hemm bzonn ta' resistenza u garanzija iktar minn dik prestata mill-persuna tal-kontraent l-iehor u tal-fiducja riposta fih;

Huwa mehtieg element specifiku kostitwit mir-rappresentazzjonijiet foloz, mill-artifizi fawdolenti, mill-ingann uzati bhala mezzi sabiex l-iskarsa intelligenza tal-kontraent l-iehor tigi mqarrqa. Wiehed irid allura jikkonsidera jekk min qed jallega l-frodi kienxpersuna intelligenti u jekk fic-cirkostanzi kiex aktar jew inqas possibbli li tigi ingannata.

Dan ma jistax hlief ifisser illi mhux kwalsiasi ingann ta' kontraent wiehed ghad-dannu ta' l-iehorjammonta ghad-dolo rikjest mil-ligi;

Ikun tassew facli f'kazijiet fejn ix-xerrej jikkomportaruhu b'mod legger li kieku kellu jigi accettat illi bl-iskuza ta' l-allegata mala fede da parte ta'wiehed mill-kontraenti, il-kontraent l-iehor japprofitta ruhu biex jezimi ruhu mill-obbligu li ma jirrispettax il-pattijiet jew biex ihassar u jannulla ftehim konkjuz;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info