Reference: 119/1991/2

Judgement Details


Date
16/06/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
PACE JEROME vs MUSCAT PAUL PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, CULPA IN VIGILANDO - DANNI, RESPONSABILITA` GHAL DANNI KAGUNATI MINN MINURI - DANNI, RESPONSABILITA` GHALL-EGHMIL TA` HADDIEHOR - KOLLIZJONI, RESPONSABILITA` TA` MIN IHALLI LIL PERSUNA SSUQ VETTURA MHUX LICENZJATA U ASSIGURATA
Summary
L-Artikolu 1033 tal-Kodici Civili jippreciza in linea generali illi "kull min, bil-hsieb jew minghajr hsieb li jaghmel deni, ghax ikun irid jew b'nuqqas ta' diligenza, ta' prudenza jew ta' hsieb, jaghmel jew jonqos li jaghmel xi haga li biha jikser xi dmir impost mil-ligi, hu obbligat ghall-hsara litigri minhabba f'hekk."

Bhala missier li mil-ligi ghandu affidat it-tutela u l-harsien ta' ibnu minuri, "hu obbligat ghall-hsara li jaghmel il-minuri meta huwa ma jkunx ha l-hsieb ta' missiertajjeb tal-familja biex il-fatt ma jigrix" (Artikolu 1034 tal-Kodici Civili);

Ir-responsabilita` hi dik civili indiretta li ghandha l-fondament taghha fil-culpa in vigilando ta` dawk li ghandhom il-kura tal-minuri.

Il-missier allura ghandhu kontra tieghu l-presunzjoni legali li hu responsabbli ghad-danni kagjonati minn ibnu minuri, sakemm huwa ma jipprovax sodisfacentement illi, bhala missier tajjeb tal-familja, huwa ha hsieb ibnu biex il-fatt dannuz ma jigix kommess. Din il-provatrid tkun sufficcjenti, u tali li twaqqa' l-presunzjoni legali, b'mod li mhux bizzejjed li missierjipprova li, meta ibnu minuri ghamel il-kaz, u kkaguna d-dannu, hu kien okkupat fuq ix-xoghol.

Dejjem in tema ghal din il-materja jinsab akkolt illi anke f'kaz bhal dak hawn trattat, hemm bzonnli jigi provat illi l-persuna prezunta responsabbli ghall-fatt ta' haddiehor tat okkazjoni ghal dakil-fatt bi htija taghha proprju; ghax f'dan il-kaz si tratta ta' kwazi-delitt fejn hi rikjesta l-htija tal-persuna responsabbli. Mhux necessarju li jkun hemm kwazi-delitt da parti ta' l-awtur tal-fatt, ghax il-persuni dikjarati responsabbli mil-ligi huma tenuti mhux minhabba l-htija ta' min ikkommetta l-fatt, imma minhabba l-htija taghhom proprja, billi ma mpedewx il-fatt; u jirrispondu appuntughaliex ittraskuraw id-dover taghhom.

Ghaldaqstant, missier, biex jigi dikjarat responsabblita' danni kommessi minn ibnu minuri, hemm bzonn li jigi pruvat li l-minuri kkommetta l-hsara, li l-minuri kien taht il-kura tieghu, u li l-mssier ma uzax id-diligenza ta' missier tajjeb tal-familja, anzi ommetta l-vigilanza necessarja fuq ibnu, biex jipprevjeni l-fatt ta' ibnu.

Missier li jhalli ibnu minorrenni jsuq karozza huwa responsabbli ghad-danni kagunati mill-istess minorenni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info