Reference: 1555/2001/1

Judgement Details


Date
12/06/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
HSBC BANK MALTA PLC vs REGISTRATUR TAL-QRATI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SPEJJEZ GUDIZZJARJI, DETERMINAZZJONI AD VALOREM - SPEJJEZ GUDIZZJARJI, DETERMINAZZJONI FIL-KAZ TA` TALBA GHAR-REXISSJONI TA` FTEHIM - SPEJJEZ GUDIZZJARJI, DETERMINAZZJONI FUQ IL-BAZI TA` DIKJARAZZJONI - SPEJJEZ GUDIZZJARJI, INTAXXAR FUQ IL-BAZI TA` DIKJARAZZJONIJIET JEW SKRITTURI IMDAHHLA FIL-PROCESS - SPEJJEZ GUDIZZJARJI, INTAXXAR TA` - SPEJJEZ GUDIZZJARJI, TAXXA TISTA` BISS TIGI VARJATA B`AZZJONI AD HOC
Summary
Huwa stabilit li t-tassazzjoni tad-drittijiet gudizzjarji hija mharsa mill-principju li wiehed ihares lejn it-talba li tkun saret jew mis-sentenza li tkun inghatat meta s-somma m'hijiex determinabblimit-talba. Bil-kelma "talba" wiehed jifhem il-qofol tal-kwestjoni mqanqla bil-process gudizzjarju, umhux semplicement it-talba kif formulata fl-att promotur tal-azzjoni. Tali principju m'huwiex wiehed inflessibbli ghaliex huwa kwalifikat bil-principju li t-tassazzjoni tista' tinstilet minn dak lif'kawza jissejjah "il complesso del tema contenzioso" minn fejn wiehed jista' jsib xi jkun tassew il-valur tal-kontestazzjoni;

Mill-prattika li ilha mwaqqfa ghal zmien twil, t-tassazzjoni "ad valorem" hija ibbazata fuq talbiet li jwasslu ghall-passagg ta' flus jew fondi jew ghat-trasferimentta' proprjeta' jew jeddijiet marbutin ma' dan. Meta kawza ma taqax f'kategorija bhal dawn li ghadhom kemm issemmew, it-tassazzjoni generalment issir a bazi ta' dikjarazzjoni;

Huwa minnu wkollli bhala principju stabilit, il-valur ta' kawza jitqies fuq it-talbiet u mhux fuq l-interess effettiv tal-atturi, ghalkemm l-interess guridiku ta' parti f'kawza huwa x'aktarx determinanti biex wiehedjasal biex jistabilixxi t-taxxa tkunx "ad valorem" jew dikjarazzjoni;

It-Tariffa li tiggwidal-likwidazzjoni ta' dritt dovut lil avukat f'kawza li fiha tkun inghatat decizjoni dwar punt ta' dritt jew ta' fatt, tghid li dik id-decizjoni tigi intaxxata ad valorem jekk kemm-il darba "jkollha x'taqsam ma' valur determinat jew determinabbli skond il-ligi jew mill-process". Dan ifisser ukoll lil-valorizzazzjoni tal-azzjoni tista' ssir mhux biss mill-att promotur, imma minn kull taghrif jew prova li tinsab fl-atti;

F'kaz fejn kawza tirrigwarda t-thassir ta' kuntratt minhabba xi cirkostanza li ggibu ma jiswiex jew minhabba xi cirkostanza fejn, ghalkemm il-kuntratt jiswa, jista' jithassar (kawzali ta' rexissjoni) wiehed irid ihares lejn il-persuna li tressaq il-kawza: b'dan illi jekk l-azzjoni ssir minn wiehed mill-partijiet li deher fuq il-kuntratt, it-tassazzjoni bhala regola ssir "ad valorem", filwaqt li fejn l-azzjoni ghat-thassir jew nullita' ssir minn terza persuna li jkollha interess, it-tassazzjoni ssir bhala semplici "artikolu" jew dikjarazzjoni;

Meta wiehediqis iz-zmien tassew qasir moghti mil-ligi lil min irid jikkontesta taxxa ta' spejjez gudizzjarji, wiehed malajr jintebah li t-tressiq tar-rikors huwa procedura ta' certa urgenza li ma tippermettix it-tehid ta' hafna zmien f'diskussjonijiet biex tigi aggustata taxxa diga' mahruga u cirkolata.

Hija biss bis-sahha ta' azzjoni ghal ritassa li taxxa mahruga mill-intimat tista', b'ordni tal-Qorti, tigi mhassra u l-kriterji tar-ritassa stabiliti: ma jidhirx li huwa ghaqli u rakkomandat li jinghad li r-Registratur tal-Qrati, ladarba jkun hareg taxxa ta' spejjez gudizzjarji, ghandu "jinnegozja" ma' xi parti dwar il-valur tal-kawza jew aspetti ohra relatati. Il-kriterji li ghandhom imexxu lir-Registratur fit-tfassil u l-hrug ta' taxxa huma dawk stabiliti fil-ligi u mhux dawk li l-partijiet ihossuhom komdi bihom;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info