Reference: 1135/2002

Judgement Details


Date
17/06/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
GRIMA MARCO vs GRIMA RITA
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
KONTUMACJA, GUSTIFIKAZZJONI GHAL - KONTUMACJA, KONSEGWENZA TAL-FATT TA` L-AVUKAT TAL-PARTI KONTUMACI - KONTUMACJA, KONSEGWENZA TAL-FATT TA` TERZ - KONTUMACJA, RATIO TAL-ISTITUT
Summary
L-istat tal-kontumacja huwa bbazat fuq il-presuppost illi l-konvenut bin-nuqqas tieghu wera kontumelja u dispett ghas-sejha tal-Qorti meta huwa gie konvenut bic-citazzjoni u hija din id-disubidjenza li l-ligi trid tippunixxi in kwantu kontumacja bhal dik hija element ta' disordni socjali.

Pero` sabiex tigi gustifikata l-kontumacja, trid tkun gusta kawza; u tali kawza gusta trid tikkonsistifl-impediment legittimu; biex ikun legittimu tali impediment irid ikun indipendenti mill-volonta' tal-kontumaci, b'dan ghalhekk li l-konkluzjoni logika ta' dawn il-principji huwa illi f'materja ta' purgazzjoni tal-kontumacja gie dejjem ritenut li m'ghandux ikun hemm negligenza jew htija tal-parti, ghaliex allura minflok il-prova tal-kawza gusta jkun hemm il-"culpa" u f'dak il-kaz il-persuna ma tkun tista' tilmenta minn xejn ghaliex "qui culpa sua damnum sentit non videtur damnum sentire.

Xorta l-Qorti tqis il-kontumacja bhala mizura ta' natura punittiva necessarja sabiex tassigura rispett lejn l-atti emessi mill-Qorti, pero` minhabba s-sanzjonijiet spiss irriversibbli li timporta, r-rigorozita` tal-procedura ghandha tigi applikata u nterprettata b'mod ristrettiv.

Ghalhekk invista tal-principju fondamentali audi alteram partem il-Qorti ghandha obbligu li la darba jidher il-konvenut, tara jekk ghandux ragunijiet gusti sabiex jiggustifika l-kontumacja tieghu, u dan huwa msahhah b'dak li jipprovdi l-artikolu 158 (10) kif emendat bl-Att. XXIV tal-1995, fejn il-Qorti tiddikjara li l-istess konvenut li huwa kontumaci biss jekk "kemm-il darba ma jipprovax ghas-sodisfazzjon tal-Qorti raguni tajba 'il ghala jkun naqas li jipprezenta l-istess nota ta' eccezzjonijiet". Pero` l-presenza tal-konvenut fil-proceduri wahedha, bla raguni valida ta' gustifikazzjoni ta' kontumacja ma jfissirx li hija bizzejjed sabiex jinghata l-opportunita' jipprezenta l-eccezzjonijiet tieghu, ghaliex allura "l-istitut tal-kontumacja jigi dilwit sal-punt li jigi rez kompletament bla effikacja uinopperattiv kull fejn il-konvenut jaghzel li jidher fl-ewwel seduta. Din l-interprettazzjoni hi wahda li tmur kontra mhux biss kontra l-ittra u l-ispirtu tal-ligi, imma ukoll kontra kull sens ta' giustizzja procedurali kif espressa fil-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili.

Kull nuqqas li seta' sar mid-difensuri ta' l-istess konvenut m'ghandux jimpedixxi lill-istess konvenut millijigi moghti l-opportunita' li jiddefendi l-kawza li saret kontrih.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info