Reference: 2503/2000/1

Judgement Details


Date
12/06/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
GALEA AV DR PATRICK J NOE vs AIRSWIFT COURIERS LIMITED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
CITAZZJONI, ESTREMI TAL-AZZJONI KUMULATTIVA - CITAZZJONI, NULLITA` TRID TIRRIZULTA MILL-ATT INNIFSU
Summary
Il-possibilita' li numru ta' atturi jistghu jibdew, b'citazzjoni wahda, azzjoni kontra mharrek wiehed jew aktar komuni hija moghtija mil-ligi procedurali nnifisha, imbasta jkunu japplikaw certi kundizzjonijiet. Dan il-jedd ta' azzjoni kollettiva kien imdahhal fil-Kodici tal-Procedura fl-1985 f'artikolu 156A tal-Kodici. L-imsemmi artikolu tnehha fil-bidliet li sehhew fil-procedura fl-1995, imma dispozizzjonijiet minnu tqeghdu fl-artikolu 161 kif inhu llum;

Madankollu, il-possibilita' ta'azzjoni kollettiva kien gie prospettat u accettat fis-sistema taghna sa minn bosta snin qabel, fejnkienu sahansitra gew iffissati l-parametri jew htigiet li riedu jkunu applikabbli biex tali azzjonisetghet titqies tiswa. Gie deciz li biex tista' ssir azzjoni kollettiva, hu mehtieg mhux biss illil-kwestjoni li trid tkun rizolta tkun l-istess ghal kull wiehed mill-atturi, imma wkoll li l-interess mislut mit-titolu u l-ghan tal-kawza jkun l-istess ghalihom ukoll. Fi kliem iehor, azzjoni kollettiva titqies ammissibbli kull darba li numru ta' persuni jipproponu azzjoni sabiex jirrisolvu kwestjoni ta' dritt uniku u identiku u jkun eskluz a priori illi mir-rizoluzzjoni tal-istess kwestjoni, f'sens jew iehor, tista' tikkonkorri xi cirkostanza ta' fatt specjali ghall-wiehed jew ghall-iehor minn fosthom;

L-effett ta' nuqqas ta' konkorrenza ta' dawn ir-rekwiziti, flimkien mal-kontestazzjoni tal-parti mharrka (mhux imqanqla mill-Qorti ex ufficio) twassal biex l-att tac-Citazzjoni jitqies null u l-azzjoni improsegwibbli. Madankollu gie iccarat li din l-identita' mehtiega tkun tirrizulta jekk l-azzjoni tkun mibnija fuq fatt illecitu allegat a bazi tad-delitt jew kwazi-delitt, minkejja li l-atturi jkollhom rabtiet kuntrattwali differenti (jew m'ghandhom sahansitra l-ebda rabta kuntrattwali) mal-imharrkin;

Meta mbaghad, kif inghad, iddahhal fil-Kodici l-artikolu li ta' jedd tal-azzjoni kollettiva formalment, gie meqjus li lanqas kien ghadu mehtieg li l-atturi kollha jkollhom l-istess interess fil-kawza jekk kemm-il darba t-talbiet setghu jkunu l-istess u johorgu mill-istess cirkostanzi. Dan ghaliex gie mfisser li l-artikolu 156A kien mahsub biex ihaffef din l-ghamlata' azzjoni biex inaqqas l-ammont ta' kwestjonijiet fuq hwejjeg marbutin ma' xulxin, u minhabba lil-artikolu 156A innifsu kien jistabilixxi f'liema cirkostanzi setghet issir l-azzjoni kollettiva. Kif inghad aktar 'il fuq, dawk ir-rekwiziti huma llum imsemmija fl-artikolu 161(3);

Huwa bizzejjed li tkun tapplika wahda mill-kontingenzi msemmija fl-artikolu 161(3) tal-Kodici sabiex l-azzjonikollettiva tista' tingieb 'il quddiem, dan dment li l-provi li jitressqu jkunu generalment l-istessfil-kawzi kollha li kieku riedu jsiru.

Jekk azzjoni mibdija bhala kollettiva ma tkunx twettaq xi wiehed mir-rekwiziti msemmija fl-artikolu 161(3), taqa' sewwasew taht ic-censura tan-nullita'kif mahsuba taht l-artikolu 789(1)(a) marbuta mal-artikolu 156(1)(a) u 156(4) li jridu jitharsu kifimiss;

In-nuqqasijiet fl-att gudizzjarju jridu jidhru mad-daqqa t'ghajn u mill-mod kif l-attikun imfassal, u l-eccezzjoni tan-nullita' ma tistax tintlaqa' jekk biex isir dan ikun irid isir ezami fil-mertu tal-kwestjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info